Wednesday, 27 October 2010

Imfakkar l-Anniversarju mit-Twaqqif tas-Socjeta' Filarmonika Victory (1898-2010)

Nhar it-Tnejn 25 ta’ Ottubru 2010, is-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra Ghawdex fakkret gheluq il-112-il sena mit-twaqqif taghha. Din is-socjeta’ giet imwaqqfa nhar il-25 ta’ Ottubru 1898 bit-thabrik u l-inizjattiva tal-Arcipriet Xaghri ta’ dak iz-zmien, Dun Guzepp Diacono, u taht id-direzzjoni tas-Surmast Eduardo Farina. Ta’ kull sena, il-Kumitat Central ital-Banda jhoss id-dmir li jfakkar din id-data glorjuza fl-annali tas-Socjeta’ nnifisha u tar-rahal tax-Xaghra. Huwa fatt li din id-data tfakkar it-twelid tal-ikbar ghaqda mhux governattiva li nsibu fil-lokalita’ taghna.

Ghal dan il-ghan, il-Kumitat ha hsieb li ghal sena ohra jiccelebra Quddiesa ta’ Radd il-Hajr lil Alla fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina fix-Xaghra. Din ic-celebrazzjoni tal-Ewkaristija bdiet fis-7.00pm u kienet immexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien mal-W.R. Kan. Dun Guzepp Cini, Assistent Direttur Spiritwali tal-istess Socjeta’. Kif kien verament jixraq, il-Kor Nativitas fi hdan l-istess Socjeta’ anima din ic-celebrazzjoni.

Prezenti ghal din il-Quddiesa kantata, kien hemm il-membri tal-Kumitat attwali tas-Socjeta’. F’messagg qasir li ghamel ghal din l-okkazjoni, Mons. Arcipriet sahaq dwar il-bzonn li nkomplu nsostnu lil din is-Socjeta’ fit-tixrid tal-arti muzikali u semma l-htiega li jkollna alljievi (studenti li jitghallmu l-Banda) godda biex din is-Socjeta’ tibqa’ hajja u attiva fid-diversi oqsma tal-parrocca tax-Xaghra.

Intant, kif inhi d-drawwa fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru, is-Socjeta’ Filarmonika Victory ser tfakkar is-Surmastrijiet, bandisti, membri, socji u benefatturi mejtin taghha. Din ic-celebrazzjoni ser issir nhar l-Erbgha 3 ta’ Novembru 2010. Fis-6.00pm jitlaq pellegrinagg ta’ talb bir-Ruzarju minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Bazilika ghac-cimiterju parrokkjali. Fis-6.30pm tigi ccelebrata Quddiesa funebri b’talb ghas-suffragju tal-Erwieh tal-Purgatorju fil-Kappella tad-Duluri fic-cimiterju tax-Xaghra. Din l-Ewkaristija titmexxa mill-W.R. Kan. Dun Giljan Refalo Rapa, Direttur Spiritwali tas-Socjeta', assistit mill-W.R. Kan. Dun Guzepp Cini, Assistent Direttur Spirtwali tal-Banda. Il-Liturgija tkun animata mill-Kor Nativitas. Wara, isir tqeghid ta’ bukketti ta’ ward fuq l-oqbra ta’ xi bandisti mejtin midfuna f’dan il-post sagru. Kulhadd huwa mistieden biex jattendi ghal din il-gabra ta’ talb ghall-gheziez taghna mejtin fix-xahar iddedikat lilhom.

No comments:

Post a Comment