Thursday 4 November 2010

Il-Kor Nativitas fl-Ghid tal-Imwiet

Nhar it-Tlieta 2 ta' Novembru 2010, il-Knisja Universali ccelebrat it-Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin Kollha. Permezz ta' din it-tifkira, il-Knisja trid tikkommemora lil hutna nsara li telqu qabilna bis-sinjal tal-fidi li hadu fil-Maghmudija imma li ghadhom qed jissaffew fil-Purgatorju biex jidhlu safja minn kull tebgha jgawdu l-wicc ta' Alla ghall-eternita'. F'din il-gurnata, kull sacerdot jista' jiccelebra tliet Quddisiet; wahda joffriha skont l-intenzjoni personali tieghu, l-ohra ghall-fidili mejtin kollha u t-tielet wahda skont il-fehma tal-Papa.

Il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni Solenni tas-6.30am fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta' Marija Bambina fix-Xaghra. Il-Kor esegwixxa l-Missa Pro Defunctis flimkien ma' innijiet liturgici ohra li jesprimu tama f'hajja li ma tintemmx b'rabta mal-Misteru tal-Ghid tal-Mulej. Ic-celebrazzjoni ntemmet bit-tberik tal-oqbra fl-istess Knisja li fihom hemm jistriehu l-fdalijiet tal-antenati taghna. Din l-Ewkaristija tmexxiet mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo.

No comments:

Post a Comment