Nhar il-Gimgha 31 ta’ Dicembru, id-dinja kollha temmet is-sena 2010 – sena li kienet mimlija bi sfidi internazzjonali kbar. Minn nofsinhar ta’ din il-gurnata, il-Knisja Universali bdiet ticcelebra s-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Omm il-Paci. Din hija Festa Kmandata bl-obbligu tas-smigh tal-Quddies u l-mistrieh mix-xoghol. Il-Kor Nativitas inghaqad mal-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria u maghhom iccelebra l-Ewkaristija ta’ Radd il-Hajr fi tmiem din is-sena. Ic-celebrazzjoni kienet immexxija mill-W.R. Patri George Attard, Gwardjan tal-Komunita’, u ghalqet bil-Kant Solenni tat-Te Deum bhala innu ta’ ringrazzjament lil Alla ghall-bosta grazzji li sawwab fuqna matul din is-sena.
L-ghada s-Sibt 1 ta’ Jannar, l-ewwel jum tas-sena l-gdida 2011, il-Knisja Universali ccelebrat wahda mill-aktar festi f’gieh il-Vergni Marija. It-titlu ta’ ‘Omm Alla’ gie moghti ufficjalment lil Marija fil-Koncilju ta’ Efesu li sar fis-sena 431. Filghodu, fid-9.30am, saret Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta’ San Frangisk li tmexxiet mill-Gwardjan. Ghal din l-okkazjoni, gew kantati diversi innijiet tal-Milied u l-Quddiesa Gregorjana ‘De Angelis’.
Kien imiss imbaghad il-festa solenni tal-Epifanija tal-Mulej li giet iccelebrata nhar il-Hadd 2 ta' Jannar 2011 u li kienet tfakkar il-grajja meta tliet slaten ghorrief mill-Persja marru fl-ghar ta' Betlehem biex iqimu lil Gesu' tarbija u joffrulu r-rigali taghhom ta' deheb, incens u mirra. Din il-grajja turi bic-car l-universalita' tal-festa tal-Milied ghax tikkonferma li Gesu' ma twilidx biex isalva l-poplu Lhudi biss imma gie biex jaghti s-salvazzjoni eterna lill-gnus kollha tal-art, inkluzi dawk pagani. Fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani tal-Belt Victoria, saret Koncelebrazzjoni Solenni li bdiet fid-9.30am. Skont uzanza antika fil-Knisja, wara l-omelija tal-Quddiesa, saret it-thabbira tal-festi tal-Knisja ghal din is-sena l-gdida.
Intant, l-impenji ghall-Kor Nativitas matul dan ix-xahar ikomplu bis-sehem taghna fil-festa ta' Sant'Anton Abbati li ser tigi ccelebrata fix-Xaghra nhar il-Hadd 16 ta' Jannar u l-festa titulari tal-Konverzjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl li ser tigi ccelebrata f'Marsalforn nhar il-Hadd 23 ta' Jannar 2011. Aktar dettalji dwar il-granet li fihom ser jippartecipa l-Kor inkunu nistghu nghadduhom fil-jiem li gejjin.
No comments:
Post a Comment