Tuesday, 25 January 2011

Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa ta’ San Pawl f’Marsalforn


Ghat-tielet sena konsekuttiva, il-W.R. Kan. Dun Mikiel Borg, Rettur tal-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn, ghamel stedina lill-Kor Nativitas sabiex jippartecipa fil-festa titulari tal-Konverzjoni ta’ San Pawl li giet iccelebrata nhar il-Hadd 23 ta’ Jannar 2011.


L-ewwel servizz taghna kien nhar il-Hamis 20 ta’ Jannar, it-Tieni Jum tat-Tridu. Il-Koncelebrazzjoni Solenni bdiet fis-6.00pm u kienet immexxija mill-W.R. Kanonku Dun Guzepp Cini. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa l-Missa De Angelis (Gregorjana) u bosta innijiet liturgici ohrajn fosthom l-Innu ‘Lil San Pawl Appostlu’ ta’ Mro. Joseph Abela Scolaro li kien inkiteb fl-okkazjoni tac-Centinarju Pawlin tal-1960 u l-Innu ‘Lill-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Marsalforn’, kompozizzjoni tad-Direttur tal-Kor innifsu, Ivan Attard, u li gie mzanzan is-sena li ghaddiet. Il-funzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali u l-bews tar-relikwija ta’ San Pawl.


Intant, nhar il-Hadd 23 ta’ Jannar, jum il-festa titulari ta’ San Pawl f’Marsalforn, il-Kor Nativitas gie mistieden biex janima b’mod solenni l-Kant tat-Tieni Ghasar li beda fl-4.00pm u kien immexxi mill-W.R. Mons. Carmelo Refalo, Arcipriet tal-Parrocca tax-Xaghra, bis-sehem tal-Wisq Reverendu Kapitlu u Kleru tal-Kolleggjata Insinji u Bazilika ta’ Marija Bambina.


L-impenji tal-Kor fir-rigward ta’ servizzi issa jbattu xi ftit wara r-ritmu mghaggel tal-festi tal-Milied u l-festi ta’ Jannar. Madankollu, jibqghu xorta wahda ghaddejjin il-provi preparatorji biex il-koristi jkomplu jsahhu t-teknika taghhom fil-kant waqt li jhejju repertorju gdid ghall-okkazjonijiet li ghalihom diga’ gejna mistiedna matul din is-sena.


Aktar dettalji nkunu nistghu naghtuhom fil-gimghat li gejjin.

No comments:

Post a Comment