Nhar il-Gimgha 21 ta’ Jannar 2011, is-Socjeta’ FilarmonikaVictory flimkien mal-Kor Nativitas sellmu ghall-ahhar darba lil Frangisk Bonello li ghadda ghall-hajja ta’ dejjem wara 87 sena fostna. Frenc, kif konna nsibuh, kien wiehed mill-aktar bandisti puntwali u assidwi fis-servizzi tas-Socjeta’ u ghalhekk kien xieraq li wara li rtira mill-banda minhabba ragunijiet ta’ sahha, gie onorat bit-titlu ta’ ‘bandist ghal ghomru’ skont kif jistipula l-istatut tal-istess Socjeta’.
Il-funeral ta’ Frenc Bonello sar nhar il-Gimgha 21 ta’ Jannar. Skont xewqa tal-familjari tieghu, il-fdalijiet ta’ Frenc twasslu bil-hearse quddiem is-sede tal-Banda Victory fi Triq Marija Bambina fejn intlaqa’ mill-membri tal-Kumitat Centrali, is-Surmast Direttur u diversi bandisti tas-Socjeta’. Il-korteo funebri kien akkumpanjat bid-daqq tal-marci mill-Banda Victory lejn il-Knisja Kolleggjata Bazilika ta’ Marija Bambina fejn bdiet il-Koncelebrazzjoni praesente cadavere li tmexxiet mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien ma’ ghadd gmielu ta’ sacerdoti Xaghrin u Ghawdxin. Il-Liturgija kienet animata mill-Kor tal-Abbatini tal-Bazilika flimkien ma’ Silvana Agius (li hija n-neputija ta’ Frenc) akkumpanjati fuq l-orgni minn Ivan Attard AMusTCL.
Wara li ntemmet din ic-celebrazzjoni, numru ta’ bandisti, akkumpanjati mill-istendard tas-Socjeta’ bi crepe iswed bhala sinjal ta’ luttu, imxew wara l-fdalijiet ta’ huna Frenc sac-cimiterju parrokkjali tax-Xaghra fejn sar l-ahhar talb ghal ruhu u saret id-difna f’forma privata.
No comments:
Post a Comment