Friday 29 May 2009

Ikomplu l-Erbghat ta' Santa Marija


Nhar l-Erbgha 27 ta' Mejju 2009 komplew l-Erbghat devozzjonali bi thejjija ghas-Solennita' ta' l-Ghid ta' l-Assunta fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu. Il-Kor Nativitas qed ikun protagonist principali f'dawn l-Erbghat gheziez billi, fuq stedina tal-W.R. Rettur Dun Gerard Buhagiar, qed nanimaw bil-kant il-Quddiesa tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija. Inheggukom tinghaqdu maghna f'din it-thejjija spiritwali ghall-ikbar festa li ghandha l-Vergni Marija: il-festa tat-tlugh taghha fis-sema.


Is-servizz li jmissna bhala Kor huwa nhar il-Hadd li gej, 31 ta' Mejju 2009, Solennita' ta' Ghid il-Hamsin, fid-9.30am fil-Knisja ta' San Frangisk (Victoria). Nesprimu s-sodisfazzjon taghna ghall-fatt li l-Kor Nativitas qed izid fin-numru ta' membri fi hdanu. Dan l-ahhar, il-Kor taghna zdied bi tliet membri godda. Dan huwa ta' inkoraggiment kbir ghal dan il-Kor li qed izid fl-impenji tieghu fi knejjes 'il barra mix-Xaghra. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li jaghtuna s-support taghhom.

No comments:

Post a Comment