Il-Kor Nativitas, li din is-sena qed ifakkar l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu, laqa' bil-ferh l-istedina tal-Kan. Dun Achille Cauchi, Rettur tal-Knisja 'taz-Zejt' fl-Gharb (Ghawdex) u ippartecipa fil-Festa taz-Zjara tal-Madonna lil Santa Elizabetta li giet iccelebrata bejn il-Hadd 10 u l-Hadd 17 ta' Mejju f'din l-imsemmija Knisja.
Ta' min jghid li din il-Knisja serviet bhala l-ewwel parrocca fin-naha tal-Punent ta' Ghawdex meta l-Isqof Molina, nhar id-29 ta' Awwissu 1679, firidha mill-Matrici tal-Kastell u ghamilha parrocca. Serviet bhala parrocca sas-sena 1729, jigifieri ghal hamsin sena shah sakemm inbniet il-Knisja Parrokkjali ta' l-Gharb li hija ddedikata wkoll lill-Vizitazzjoni tal-Madonna. Il-Papa Girgor XVI, b'digriet tad-29 ta' Lulju 1842, zejjen lil din il-Knisja devota b'indulgenza Plenarja li tintrebah mill-Ewwel Ghasar sa nzul ix-xemx tal-festi principali tal-Madonna, jigifieri dawk ta' l-Assunzjoni (15 ta' Awwissu), tal-Kuncizzjoni (8 ta' Dicembru), tal-Purifikazzjoni (2 ta' Frar), tat-Twelid (8 ta' Settembru), tal-Lunzjata (25 ta' Marzu), tal-Prezentazzjoni fit-Tempju (21 ta' Novembru) u tal-Vizitazzjoni (31 ta' Mejju). Ghal aktar taghrif interessanti dwar din il-Knisja helwa, inheggukom izzuru dan is-sit: http://www.kappellimaltin.com/html/taz-zejt_-_gharb.html.
Il-Kor Nativitas ha sehem fil-Quddiesa Solenni ta' lejliet il-festa li saret nhar is-Sibt 16 ta' Mejju. Din il-Quddiesa bdiet fil-5.30pm u kienet immexxija mill-W.R. Kan. Dun Guzepp Tabone. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor kanta dawn l-innijiet: L-Ghanja tal-Holqien (introjtu), il-Missa Pastorale (Mro. Nazzareno Refalo), Irrid Niehu Sehem (Offertorju), Missierna, Dielja Ghaziza (Tqarbin) u Fil-Hlewwa ta' Mejju (Gheluq). Wara l-Quddiesa, ir-Rettur il-W.R. Kan. Achille Cauchi irrecita l-Kurunella ghaziza f'gieh il-Vizitazzjoni tal-Madonna u wara, inghatat il-Barka Sagramentali. Ghal qabel il-Barka Sagramentali, tkanta t-Tantum Ergo ta' G. Caruana mill-mezzo-sopran u Assistenta Direttrici tal-Kor, Silvana Agius. L-akkumpanjament fuq l-orgni kien f'idejn Ivan Attard, Assistent Direttur. Ic-celebrazzjoni solenni ta' lejliet il-festa ntemmet bil-bews tar-Relikwija.
Wara li ntemmet ic-celebrazzjoni, il-Kor Nativitas kien mistieden ghal riceviment fis-sagristija tal-Knisja 'taz-Zejt'. Kienu mumenti tassew sbieh li fihom tkellimna mar-Rettur tal-Knisja (li ghal min ma jafx huwa hu l-Isqof Emeritus Mons. Nikol G. Cauchi) dwar id-diversi celebrazzjonijiet liturgici li jkunu ccelebrati fil-Knisja tieghu. Min-naha taghna bhala Kor, irringrazzjajna minn qalbna lil Dun Achille ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna. Hu kien kuntent hafna bil-mod kif animajna c-celebrazzjoni ta' lejliet il-festa titulari u stedinna biex nippartecipaw fil-festa tradizzjonali u popolari tal-martri San Dimitri li ser tkun iccelebrata fil-kappella tieghu fl-Gharb nhar il-Hadd, 27 ta' Settembru 2009. Id-dettalji ta' dan is-servizz naghtuhomlkom fix-xhur li gejjin. Il-festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna fil-Knisja taz-Zejt giet fi tmiemha lbierah billi filghodu saret Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech u filghaxija saret Quddiesa ta' gheluq il-festa mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi ta' Ghawdex. Illum it-Tnejn, il-Knisja 'taz-Zejt' fl-Gharb qed ticcelebra s-Solennita' ta' l-Anniversarju tad-Dedikazzjoni taghha.
L-ikbar sodisfazzjon ghalina f'dan is-servizz kien il-fatt li n-numru tal-membri mal-Kor Nativitas zdied bi tlieta. Dan il-fatt ikompli jqawwilna qalbna u jaghmlilna kuragg sabiex fil-gimghat, ix-xhur u s-snin li gejjin, inkomplu naghtu servizz mill-aqwa fil-knejjes, kappelli u fl-okkazjonijiet kollha li fihom nigu mistiedna nippartecipaw. Is-servizzi li jmiss ghall-Kor Nativitas huma: L-Erbgha 20 u l-Erbgha 27 ta' Mejju (Erbghat ta' Santa Marija fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu) u l-Hadd 31 ta' Mejju, Solennita' ta' Ghid il-Hamsin (Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta' San Frangisk fid-9.30am).
No comments:
Post a Comment