Thursday 7 May 2009

Jinghata bidu ghall-Erbghat ta' Santa Marija


Ilbierah l-Erbgha 6 ta' Mejju nghata bidu ghall-hmistax-il Erbgha bi thejjija ghas-Solennita' ta' l-Ghid ta' l-Assunta. Fil-gzira taghna, dawn l-Erbghat huma maghguna mal-hajja religjuza tal-poplu u ghaldaqstant, kif wiehed jista' jimmagina, bosta huma dawk l-Ghawdxin li jaghmluhom b'devozzjoni b'xi zjara fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu jew fil-Knisja Katidrali.


Matul dawn l-Erbghat, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu, ikun hemm moviment shih. Mill-4.30am sal-10.30pm, in-nies li jmorru jinviztaw lill-Madonna fil-kwadru taghha litterament ma jaqtghu xejn. Il-Kor Nativitas fi hdan is-Socjeta' Filarmonika Victory ghandu rabta specjali ma' dan is-Santwarju ghaziz ghall-Maltin u l-Ghawdxin kollha. Fuq stedina tal-W.R. Dun Gerard Buhagiar li prezentament huwa r-Rettur tas-Santwarju, il-Kor jippartecipa f'numru sabih ta' funzjonijiet li jigu ccelebrati f'dan il-post qaddis. Din is-sena, ir-Rettur ghamel stedina lill-Kor Nativitas sabiex jippartecipa fl-Erbghat devozzjonali ta' Santa Marija billi janima l-Quddiesa tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija ghall-beneficcju tal-morda u l-anzjani fid-djar.


Il-Koncelebrazzjoni Solenni tal-bierah tmexxiet mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus ta' Ghawdex, flimkien ma' tliet sacerdoti ohra. Is-suggett maghzul ghall-Ewwel Erbgha kien "Il-Vergni Marija: dixxiplu tal-Mulej." Ghal din il-Quddiesa li fethet dawn l-Erbghat ta' Santa Marija, il-Kor Nativitas esegwixxa l-Missa Pastorale tas-Surmast Nazzareno Refalo. Waqt li l-migemgha resqet ghat-Tqarbin, giet kantata l-Ave Maria ta' F. Schubert mill-mezzo-sopran u direttrici tal-Kor, Silvana Agius, bl-akkumpanjament muzikali fuq l-orgni Johannus Monarke tas-Santwarju mill-organista Ivan Attard. Dan l-orgni kien inawgurat nhar il-Hamis 19 ta' Gunju 2008 waqt kuncert minn Mro. Dr. Hugo Agius Muscat fl-okkazjoni tal-Festi Centinarji li fakkru l-125 Anniversarju mis-Sejha tal-Madonna ta' Pinu lil Carmela Grima u Frangisk Portelli. Ic-celebrazzjoni tal-bierah intemmet bil-kant ta' l-innu "Lill-Madonna ta' Pinu", kliem ta' Dun Gerard Buhagiar u muzika ta' Joe Formosa.


Is-servizz tal-Kor taghna fl-Erbghat tal-Madonna jirrepeti ruhu kull nhar ta' Erbgha sat-12 ta' Awwissu li gej, tlett ijiem qabel is-Solennita' ta' Marija Imtellgha fis-Sema. Is-servizz li jmissna bhala Kor Nativitas ikun nhar il-Hadd li gej, 10 ta' Mejju, festa ta' Jum l-Omm, fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria). Il-Quddiesa tibda fid-9.30am.


No comments:

Post a Comment