Illum il-Hadd 10 ta' Mejju 2009, il-Kor Nativitas inghaqad mad-dinja kollha fic-celebrazzjoni ta' Jum l-Omm. Din il-gurnata specjali fil-kalendarju taghna tfakkarna fl-ommijiet kollha li bi tbatija garrew lil uliedhom ghal disa' xhur fil-guf taghhom, wellduhom u tawhom dak kollu li kien mehtieg biex dawn setghu jizviluppaw umanament u psikologikament. Dan il-jum m'ghandux inessina lill-ommijiet li minhabba diversi ragunijiet jinsabu wehidhom, abbandunati minn uliedhom, u allura qeghdin jghixu taht il-madmad tas-solitudni. Niftakru wkoll f'dawk l-ommijiet li tilfu lil uliedhom u qeghdin jghixu f'dan id-dulur li ggib maghha l-firda tal-mewt. Il-gurnata tal-lum tfakkarna wkoll fl-ommijiet li diga' hallewna u llum qeghdin jistriehu r-raqda dejjiema tas-sliem.
Il-Kor Nativitas iccelebra dan il-jum mal-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria. Hadna sehem fil-Quddiesa Koncelebrata tad-9.30am li saret b'suffragju ta' l-ommijiet mejtin u li kienet immexxija minn Patri Gorg Attard, Gwardjan tal-Komunita'. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor Nativitas kanta l-Missa Pastorale tas-Surmast Nazzareno Refalo flimkien ma' numru sabih ta' innijiet ohra li kienu jvarjaw minn innijiet Paskwali (illum niccelebraw il-Hames Hadd ta' l-Ghid) u innijiet Marjani (b'tislima lill-Omm ta' l-Ommijiet; il-Vergni Mqaddsa Marija). Ir-ritratti ta' din l-attivita' nghadduhomlok fil-gimghat li gejjin.
Is-servizz li jmiss tal-Kor Nativitas huwa nhar l-Erbgha li gej, 13 ta' Mejju, fil-5.30pm fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu fl-okkazjoni tat-Tieni Erbgha ta' Santa Marija u mbaghad is-Sibt 16 ta' Mejju fil-5.30pm fil-Knisja maghrufa bhala "Taz-Zejt", biswit ic-cimiterju tal-Parrocca ta' l-Gharb, fl-okkazjoni tal-festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna lil Santa Elizabetta. Minn issa, nirringrazzjaw lill-Kan. Dun Akille Cauchi, Rettur ta' din l-imsemmija Knisja, ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna.
No comments:
Post a Comment