Friday, 27 November 2009

Jithabbru s-Servizzi tal-Kor Nativitas ghax-xahar ta' Dicembru 2009


L-impenji tal-Kor Nativitas fil-festi sbieh li gejjin jifthu nhar is-Sibt 28 ta' Novembru u jintemmu nhar il-Hadd 10 ta' Jannar 2009 - dawn l-attivitajiet ser ikunu koncentrati madwar zewg Knejjes u l-Kazin tal-Banda Victory skont kif gej:

Is-Sibt 28 ta' Dicembru: L-Ewwel Jum tan-Novena tal-Kuncizzjoni fil-Knisja ta' San Frangisk.
6.30pm: Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Dun Renato Borg, Segretarju Personali ta' l-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna. Wara, isir il-Kant ta' l-Innu Popolari u bews tar-relikwija.

*Dan il-programm jirrepeti ruhu kuljum sa nhar il-Hamis 3 ta' Dicembru. Nhar il-Hadd 29 ta' Novembru, il-Quddiesa tan-Novena tkun fil-5.00pm u mhux fis-6.30pm.


It-Tlieta 8 ta' Dicembru:
Bejn is-1.30pm u l-5.00pm: Irtir ghall-membri tal-Kor Nativitas fil-Knisja ta' Marija Annunzjata fil-limiti ta' Kercem Ghawdex.

Il-Hadd 13 ta' Dicembru: Solennita' tat-78 Anniversarju mid-Dedikazzjoni tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.
10.00am: Koncelebrazzjoni Solenni ta' Jum il-Konsagrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus, bis-sehem tas-sacerdoti kollaboraturi f'dan is-Santwarju. Il-Quddiesa tkun imxandra b'mod dirett fuq Radju Marija.

Bejn it-Tlieta 15 u l-Erbgha 23 ta' Dicembru: Novena tal-Milied fil-Knisja ta' San Frangisk.
Il-Quddiesa bil-prietka tibda fis-6.30pm bl-eccezzjoni tal-Hadd 20 ta' Dicembru - dakinhar il-Quddiesa tan-Novena tkun fid-9.30am.

Il-Hadd 20 ta' Dicembru:
Mis-6.00pm 'il quddiem: L-Ewwel Edizzjoni tal-'Glories of Christmas' - Kuncert korali u strumentali mill-Kor Nativitas fis-Sala 'Dun Alwig Camilleri' tal-Kazin tas-Socjeta' Filarmonika Victory. Dwar din l-attivita', ser tinhareg stqarrija ghall-istampa b'aktar dettalji.

Il-Hamis 24 ta' Dicembru: Lejliet il-Milied.
10.50pm: Servizz ta' kant ta' ghanjiet tradizzjonali tal-Milied fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.
11.30pm: Purcissjoni bix-xbieha ta' Gesu' Bambin mis-sagristija tas-Santwarju lejn l-Artal Maggur. Isir il-Kant Solenni ta' l-Ufficcju tal-Qari tal-Milied u Prietka tat-Tifel. Kant tal-Glorja.
12.00am: Pontifikal Solenni ta' Jum il-Milied immexxi mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus bis-sehem tas-sacerdoti li jservu fis-Santwarju. Ghal din l-okkazjoni, ser tizzanzan il-Quddiesa Missa Fulgens Corona, kompozizzjoni ta' l-Assistent Direttur tal-Kor Ivan Attard, miktuba ghall-okkazjoni tal-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari tal-Madonna ta' Pinu mill-Kardinal Alessio Lepicier (1935 - 20 ta' Gunju - 2010).

Il-Gimgha 25 ta' Dicembru: Jum is-Solennita' tat-Twelid ta' Sidna Gesu' Kristu.
9.15am: Ghanjiet tal-Milied fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria).
9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv., flimkien mal-komunita' Frangiskana ta' beltna.

Il-Hadd 27 ta' Dicembru: Festa tal-Familja Mqaddsa ta' Nazaret.
9.30am: Quddiesa kantata bl-omelija fil-Knisja ta' San Frangisk.

Il-Hamis 31 ta' Dicembru: L-Ahhar Jum tas-Sena Civili. Jum ta' Radd il-Hajr.
6.30pm: Fil-Knisja ta' San Frangisk, Koncelebrazzjoni ta' ringrazzjament lil Alla f'gheluq is-sena civili. Fi tmiem din ic-celebrazzjoni, jitkanta t-Te Deum bhala innu ta' radd il-hajr lil Alla ghall-grazzji li xerred fuqna matul din is-sena 2009.

Il-Gimgha 1 ta' Jannar: Solennita' ta' Marija Omm Alla.
9.30am: Fil-Knisja ta' San Frangisk, Koncelebrazzjoni Solenni.

Il-Hadd 3 ta' Jannar: Solennita' ta' l-Epifanija tal-Mulej.
9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv., flimkien mal-komunita' Frangiskana ta' beltna. F'din il-Quddiesa, skont drawwa antika fil-Knisja, jithabbru b'mod solenni l-festi li jimxu ma' l-Ghid.

Il-Hadd 10 ta' Jannar: Festa tal-Maghmudija tal-Mulej.
9.30am: Quddiesa kantata bl-omelija fil-Knisja ta' San Frangisk.

Barra minn dawn is-servizzi, ser ikollna wkoll diversi attivitajiet socjali fosthom ikla tal-Milied ghall-membri tal-Kor Nativitas offruta mill-Kumitat Centrali tas-Socjeta' Filarmonika Victory, harga biex inzuru l-presepji li jkun hawn armati ghall-wiri madwar il-gzira taghna u harga Malta. Aktar dettalji jinghataw f'dan is-sit elettroniku fil-gimghat li gejjin.





Sunday, 22 November 2009

Il-Kor Nativitas mistieden janima n-Novena tas-Solennita tal-Kuncizzjoni


Il-W.R. Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. u l-komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria stiednu lill-Kor Nativitas sabiex janima bil-kant l-ewwel sitt ijiem tan-Novena adunur it-Tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija – liema festa tigi ccelebrata b’solennita’ kbira fil-Knisja ta’ San Frangisk u fit-toroq tal-Belt Victoria.

Il-jiem tan-Novena li fihom ser jippartecipa l-Kor Nativitas huma dawn: bejn is-Sibt 28 u t-Tnejn 30 ta’ Novembru u bejn it-Tlieta 1 u l-Hamis 3 ta’ Dicembru 2009. Ir-repertorju li ser jintuza ser ikun wiehed vast pero’ ser ikun fil-maggor parti tieghu repertorju Marjan u kant iehor marbut maz-zmien liturgiku ta’ l-Avvent Imqaddes. Ser jizzanznu wkoll sett ta’ salmi responsorjali godda, immuzikati ghal kull gurnata mill-Assistent Direttur tal-Kor Ivan Attard.

Aktar dettalji jinghataw fil-jiem li gejjin.



Il-Kor Nativitas f'servizz importanti fil-Kon-Katidral ta' San Gwann, il-Belt Valletta


Nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru 2009, il-Kor Nativitas kien mistieden ikanta waqt Quddiesa Solenni li giet iccelebrata fil-KonKatidral ta’ San Gwann. Din ic-celebrazzjoni saret fl-okkazjoni tal-festa liturgika ta’ Santa Cecilja, Vergni u Martri, patruna tal-muzicisti. Is-servizz gie ikkummissjonat mill-Ghaqda Kazini tal-Banda u kien parti minn stedina li saret lis-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra sabiex tiehu sehem f’din il-festa annwali permezz tad-daqq ta’ diversi marci brijuzi mat-toroq tal-Belt Valletta.

Il-Kon-Katidral ta` San Ġwann, jinsab il-Belt Valletta, mibni mil-Ordni Militar Sovran ta' Malta magħruf ukoll bħala l-Ordni ta' San Ġwann. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ikkummissjonat fl-1572 mill-Granmastru Jean de la Cassiere bħala l-knisja konventwali ta’ l-Ordni tal-Kavallieri Ospidalieri ta’ San Ġwann, u ddisinjat mill-magħruf arkitett militari Malti, Gilormu Cassar, jispikka bħala monument uniku ta’ importanza internazzjonali. Il-knisja hija ddedikata lil San Gwann Battista, il-qaddis patrun ta’ l-Ordni.

Il-bini tlesta nhar San Ġwann fl-1577. Granmastri u Kavalieri ta’ l-Ordni taw rigali ta’ siwi artistiku kbir u taw kontribuzzjonijiet enormi biex biss b’xogħlijiet ta’ l-arti li kienu ta’ l-ogħla livell mill-aqwa artisti li setgħu sabu dak iż-żmien. Fit-12 ta’ Lulju 1798 il-Kavalieri, fuq qalbhom, ċedew il-Gżejjer lill-Ġeneral Napuljun Bonaparte u hekk ħallew il-knisja konventwali tagħhom. Kien f’dan iż-żmien li l-knisja saret Kon-Katidral. Il-Franċiżi ċedew fl-1800 u l-Gvernatur Ingliż ma damx ma ħa l-gżira f’idejh. L-istess privileġġi li kienu jgawdu l-Kavallieri ħakkiema issa għaddew għand il-Gvernatur Ingliż, u ma’ dawn il-privileġġi għaddiet ukoll il-Knisja ta’ San Ġwann.

Fl-l941, tul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ġarrab ħsarat kbar waqt attakk bil-bombi mill-ajru fuq il-Belt Valletta. Parti mill-anness sofriet l-aktar u l-knisja nnifisha ħelset qerda totali għal ftit. Il-kampnari u s-Sagristija wkoll saritilhom ħsara kbira u l-bieb prinċipali nfaqa’ ‘l ġewwa. Fortunatament, dak li kien hemm fil-knisja kien diġà ġie trasferit f’post ieħor fil-ħin.Il-knisja stess, għandha numbru kbir ta' xogħlijiet importanti ta' arti. Waħda mil-iktar prestiġjużi u importanti hija il-Qtugh ir-Ras ta' San Gwann Battista tal-pittur famuż Caravaggio.

Kien ta’ unur kbir ghalina li nippartecipaw f’din il-Quddiesa f’dan it-tempju prestiggjuz. Il-Quddiesa koncelebrata li bdiet fil-5.30pm tmexxiet mill-W.R. Mons. Lawrenz Mifsud, Rettur tal-Konkatidral u Chaplain ta’ l-Ghaqda Kazini tal-Baned flimkien ma’ Mons. Carmelo Refalo, Arcipriet tal-Parrocca tax-Xaghra u l-W.R. Kan. Dun Giljan Refalo Rapa, Direttur Spiritwali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory. Il-Kor Nativitas esegwixxa diversi innijiet ta’ matul is-sena u temm il-Quddiesa bl-innu ‘Jesus Christ you are my life’ in vizta tal-fatt li l-Knisja Universali kienet diga’ bdiet ticcelebra s-Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Holqien Kollu. Id-direzzjoni tal-Kor kienet f’idejn is-Sinjura Silvana Agius filwaqt li l-akkumpanjament muzikali fuq l-orgni tal-KonKatidral sar mill-organista Ivan Attard. Is-servizz li nghata kien wiehed tajjeb hafna u dan jixduh il-kummenti pozittivi li rcivejna aktar tard mal-jum u matul il-gurnata tal-Hadd. Ezattament wara li ntemmet il-Quddiesa, il-Banda Victory daqqet diversi marci brijuzi u ferrhet lil dawk prezenti ghal din il-festa, fosthom hafna partitarji mir-rahal taghna li telghu mal-Banda ghal din l-attivita’ unika. Il-banda kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM. Quddiem il-banda taghna, imxew ir-rapprezentanti tas-Socjetajiet muzikali Maltin u Ghawdxin bl-istandard rispettiv taghhom.

Il-membri kollha hadu gost b’din il-mawra Malta u issa tnizzlet pagna ohra sabiha fl-istorja tal-Kor Nativitas ­– iz-zjara tieghu fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann u l-animazzjoni ta’ Quddiesa specjali fil-festa tal-patruna tal-muzicisti!!

Wednesday, 11 November 2009

Is-Socjeta' Filarmonika Victory flimkien mal-Kor Nativitas f'sehem importanti fil-Festa ta' Santa Cecilja, Patruna tal-Muzicisti, fil-Belt Valletta

Bi pjacir, is-Socjeta’ Filarmonika Victory giet mistiedna mill-GHaqda Kazini tal-Baned Maltin sabiex tkun il-protagonista tal-festa ta’ Santa Cecilja li ser tigi ccelebrata fil-Belt Valletta nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru 2009. L-ahhar servizz simili li sar f’din il-festa mill-Banda Victory tax-Xaghra Ghawdex kien f’Novembru 1981, jigifieri 28 sena ilu. GHaldaqstant, is-Socjeta’ laqghet b’ferh kbir din l-ahbar u ser taghmel dak kollu li hu possibbli sabiex din l-attivita’ tirnexxi bil-kbir u tkompli izzid mal-lista twila ta’ successi li kisbet matul dawn il-mija u hdax-il sena ta’ storja (1898 – 2009). Flimkien mal-Banda Victory, ser jiehu sehem ukoll il-Kor Nativitas fi hdan l-istess Socjeta’ li ser janima l-Quddiesa Solenni fil-KonKattidral ta’ San Gwann.

Santa Cecilja hija ghal qalb il-muzicisti kollha u bosta huma dawk li jharsu l-gurnata tal-festa liturgika taghha (22 ta’ Novembru) b’Quddiesa u tqarbina. Din hija Qaddisa ta’ l-ewwel zminijiet tal-Knisja b’kult qadim hafna, tant li hi wahda mill-qaddisin martri li jissemmew fil-Kanone Ruman tal-Quddiesa. Fir-rakkont tal-martirju, Santa Cecilja hi mfahhra bhala ezempju mill-isbah ta’ mara Nisranija li harset xbubitha u hadet il-martirju ghall-imhabba ta’ Kristu. Ghalhekk il-qima lejha xterdet ma’ kullimkien fil-knisja sa mill-qedem u fis-seklu hamsa, f’Ruma nbniet bazilika kbira f’giehha. Hija l-qaddisa patruna tal-muzika u l-muzicisti minhabba li hajjitha kienet qisha innu b’muzika angelika li ghogbot lil Alla. Imsemmi mad-dinja kollha huwa l-kor ta’ l-akkademja li ggib isimha f’Ruma.

Il-Programm tal-Festa ta’ Santa Cecilja ser ikun kif gej:

5.30pm: Fil-KonKatidral ta’ San Gwann, Koncelebrazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kumitati tas-Socjetajiet Muzikali Maltin u Ghawdxin. Janima l-Kor Nativitas.
Qabel il-Quddiesa, l-organista Ivan Attard jinterpreta bicciet muzikali qosra fuq l-orgni tal-KonKatidral.

6.30pm – 8.15pm: Marci brijuzi mill-Banda Victory tax-Xaghra (A.D. 1898) mat-toroq ewlenin tal-Belt Valletta. Il-Banda tkun taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM.


Inheggu lil dawk li jixtiequ jigu maghna sabiex javvicinaw lil xi membru tal-Kumitat Centrali mill-aktar fis possibli. Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni u l-interess taghkom f'din l-attivita' prestiggjuza ghas-Socjeta' taghna. Aktar dettalji jinghataw fil-granet li gejjin.

Imfakkar solennement l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta' San Frangisk


Nhar l-Erbgha 11 ta’ Novembru 2009, il-komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria fakkret b’mod solenni l-103 Anniversarju mid-Dedikazzjoni tal-Knisja ddedikata lill-Qaddis fundatur ta’ l-Ordni Frangiskan.

Ta’ min jinnota li litugikament, il-festa ta’ l-anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja tal-post hija aqwa mill-festa tat-titular ghalkemm iz-zewg festi huma klassifikati bhala ‘Solennità’. Ir-rit tad-Dedikazzjoni jitlob li titbierek il-Knisja u wara li jsir it-talb preskritt ghac-cerimonja, tinghad it-talba konsagratorja filwaqt li c-celebrant principali, li normalment ikun l-Isqof tal-post, jidlek biz-zejt tal-Grizma tnax-il salib li jkunu mwahhlin mal-hitan tal-knisja (li jissimbolizzaw it-tnax-il Appostlu li fuqhom hija mibnija l-Knisja ta’ Kristu) u l-altar-mejda (li jissimbolizza lil Kristu Haj). It-tifkira tad-Dedikazzjoni tigi ccelebrata kull sena bi grad ta’ Solennita’ fl-istess knisja… f’kaz li l-Knisja tkun Katidral, it-tifkira tkun iccelebrata bi grad ta’ Solennita’ fl-istess Knisja Katidrali u bi grad ta’ Festa fil-knejjes kollha tad-Djocesi peress li l-Katidral huwa l-omm tal-parrocci kollha tal-post.

Ic-celebrazzjonijiet ta’ din is-Solennita’ fethu nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru filghaxija ma’ nzul ix-xemx. Fis-5.45pm sar it-talb tar-Ruzarju Mqaddes quddiem Gesu’ Sagramentat. Fis-6.15pm inghata bidu ghall-Kant Solenni ta’ l-Ewwel Ghasar tad-Dedikazzjoni u nghatat il-Barka Sagramentali. Immedjatament wara din il-funzjoni, bdiet Koncelebrazzjoni Solenni ta’ lejliet il-festa li tmexxiet minn Patri Egidio Mizzi OFM Konv., predikatur gharef u Bibblista maghruf. Il-jum propju tas-Solennita’, l-Erbgha 11 ta’ Novembru, kien iccelebrat b’Quddies bl-omelija filghodu u filghaxija b’dan il-programm: 5.45pm Ruzarju meditat, 6.15pm Kant Solenni tat-Tieni Ghasar u Barka Sagramentali filwaqt li ghall-habta tas-6.40pm bdiet Koncelebrazzjoni Solenni li tmexxiet mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi ta’ Ghawdex.

Il-Kor Nativitas gie mistieden biex janima dawn iz-zewg Quddisiet. Minbarra li gie kantat l-Ghasar (li kien jinkludi l-Innu ‘F’dehra kbira’ u tliet salmi differenti f’kull okkazjoni), il-Kor esegwixxa repertorju tajjeb hafna fosthom il-‘Missa Pastorale’ (Mro. Nazzareno Refalo) u ‘Missa De Angelis’ (Gregorian Chant) bis-sehem tal-kongregazzjoni migbura. Id-direzzjoni kienet f’idejn Silvana Agius u l-Kor kien akkumpanjat mill-organista Ivan Attard.

Wednesday, 4 November 2009

Il-Kor Nativitas ifakkar il-benefatturi mejtin tas-Socjeta' Filarmonika Victory

Nhar it-Tlieta 3 ta’ Novembru, il-Kor Nativitas, bhala Kor fi hdan is-Socjeta’ Filarmonika Victory, inghaqad mal-frieghi l-ohra ta’ din l-Ghaqda muzikali u fakkar lis-Surmastrijiet, bandisti, socji, membri tal-Kumitat, membri generali u benefatturi li taw kontribut siewi fl-istorja ta’ din l-ikbar ghaqda fil-lokalita’ taghna u li diga’ ghaddew biex igawdu l-mistrieh ta’ dejjem f’hajja li ma tintemm qatt. Hija tradizzjoni sabiha hafna li l-Kumitat tas-Socjeta’ ta’ kull sena jorganizza din il-Quddiesa biex jonora l-memorja ta’ tant nies li poggew fil-genb l-interessi personali taghhom u hadmu ghalenija biex isem l-ewwel banda fl-irhula Ghawdxin baqa’ jinzamm fuq wicc l-idejn.

Ghaldaqstant, fis-6.00pm bdiet Quddiesa koncelebrata ‘de requiem’ fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina. Din il-Quddiesa tmexxiet mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo. Flimkien mieghu ikkoncelebraw il-W.R. Kan. Giljan Refalo Rapa, Direttur Spiritwali tas-Socjeta’ u l-Kan. Dun Anton Refalo. L-innijiet li tkantaw mill-Kor taghna, akkumpanjati fuq l-orgni tal-Bazilika minn Ivan Attard, kienu jesprimu tama f’hajja li ma tintemmx u ikkumplimentaw lil dawk li intuzaw waqt il-funzjoni ta’ l-Ghid ta’ l-Imwiet.


Immedjatament wara li spiccat il-Quddiesa, sar il-pellegrinagg annwali lejn ic-Cimiterju tal-parrocca li tmexxa minn Dun Guzepp Cini. Dan is-sacerdot jiffrewenta b’mod regolari l-kazin tal-Banda taghna fejn jiltaqa’ ma dawk prezenti (fil-maggor parti taghhom zghazagh) u jghaddi kelma ta’ gid. Hadu sehem il-membri li jiffurmaw il-Kumitat Centrali, delegazzjoni mill-Kor Nativitas, u xi parruccani ohra. Il-pellegrinagg intemm bi tqeghid ta’ kuruni fic-cimiterju u mumenti ta’ talb fis-skiet fil-Kappella tad-Duluri fejn hemm ukoll midfuna xi sacerdoti mill-parrocca tax-Xaghra.



Monday, 2 November 2009

Il-Kor Nativitas janima l-Liturgija tas-Solennita' tal-Qaddisin Kollha u l-Ghid ta' l-Imwiet

Nhar il-Hadd 1 ta’ Novembru, il-Knisja Universali ccelebrat is-Solennita’ tal-Qaddisin Kollha. Din hija festa kbira ghall-Knisja ghax tfakkarna f’dawk kolha li ghaddew minn din il-hajja materjali ghall-hajja li ma tintemmx u li diga’ qeghdin igawdu l-wicc ta’ Alla fis-sema. Din is-solennita’ tikseb sinifikat specjali ghall-fatt li l-Knisja mhux biss trid taghti gieh u qima lil dawk il-qaddisin ufficjali (li taghhom niccelebraw il-festa b’mod individwali fil-granet ta’ matul is-sena) imma anke lil dawk hutna li diga’ saru qaddisin ghax qeghdin il-genna – fost dawn jista’ jkun hemm anke qraba taghna.


L-ghada t-Tnejn, 2 ta’ Novembru, it-tokki kiebja tal-qniepen mill-kampnari tal-knejjes taghna fakkruna f’dawk hutna li ghaddew mill-passagg bejn din il-hajja u l-hajja eterna, imma li ghad fadlilhom xi dejn li jridu jhallsu skont il-gustizzja ta’ Alla u allura ghadhom ghaddejjin mill-process ta’ tisfija fil-Purgatorju. Il-gurnata tat-2 ta’ Novembru hija maghrufa bhala ‘Jum l-Ghid ta’ l-Imwiet’ ghax tikkommemora lill-Fidili mejtin kollha.

Ghalkemm dawn il-jumejn mhumiex jiem ta’ obbligu tal-Quddies (sakemm ovvjament ma jinzertawx nhar ta’ Hadd), l-insara xorta wahda jhossu li ghadhom iharsuhom u jghozzuhom permezz ta’ Quddiesa u tqarbina. Ta’ min jghid ukoll li skont il-Kostituzzjoni Appostolika ta’ l-10 ta’ Awwissu 1915, nhar it-2 ta’ Novembru, kull sacerdot jista’ jqaddes tliet quddisiet: wahda joffriha skont l-intenzjoni personali tieghu, it-tieni quddiesa ghall-erwieh tal-mejtin kollha u l-ahhar quddiesa joffriha skont il-fehma tal-Papa.

Din is-sena, il-Kor Nativitas iccelebra dawn iz-zewg festi fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria) billi anima l-Quddiesa Solenni tal-Qaddisin Kollha fid-9.30am u l-Quddiesa ‘de requiem’ b’tifkira ta’ l-Erwieh kollha fis-6.30pm. Ghal iz-zewg okkazjonijiet, il-Kor interpreta numru sabih ta’ innijiet religjuzi. Nhar it-Tnejn filghaxija, il-Kor esegwixxa ghall-ewwel darba b’mod ufficjali l-Quddiesa Gregorjana ‘Pro Defunctis’ li tintuza waqt il-Liturgija tal-Funerali u f’Quddies iehor tal-mejtin. Skont kif titlob il-Liturgija tal-Knisja, waqt il-Quddiesa tat-2 ta’ Novembru, il-kant li ntuza kien wiehed li jesprimi tama f’hajja li ma tintemmx frott ir-rebha ta’ Kristu fuq il-mewt u d-dnub. Il-Kor kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius bis-sehem ta’ l-organista Ivan Attard.