Monday, 2 November 2009

Il-Kor Nativitas janima l-Liturgija tas-Solennita' tal-Qaddisin Kollha u l-Ghid ta' l-Imwiet

Nhar il-Hadd 1 ta’ Novembru, il-Knisja Universali ccelebrat is-Solennita’ tal-Qaddisin Kollha. Din hija festa kbira ghall-Knisja ghax tfakkarna f’dawk kolha li ghaddew minn din il-hajja materjali ghall-hajja li ma tintemmx u li diga’ qeghdin igawdu l-wicc ta’ Alla fis-sema. Din is-solennita’ tikseb sinifikat specjali ghall-fatt li l-Knisja mhux biss trid taghti gieh u qima lil dawk il-qaddisin ufficjali (li taghhom niccelebraw il-festa b’mod individwali fil-granet ta’ matul is-sena) imma anke lil dawk hutna li diga’ saru qaddisin ghax qeghdin il-genna – fost dawn jista’ jkun hemm anke qraba taghna.


L-ghada t-Tnejn, 2 ta’ Novembru, it-tokki kiebja tal-qniepen mill-kampnari tal-knejjes taghna fakkruna f’dawk hutna li ghaddew mill-passagg bejn din il-hajja u l-hajja eterna, imma li ghad fadlilhom xi dejn li jridu jhallsu skont il-gustizzja ta’ Alla u allura ghadhom ghaddejjin mill-process ta’ tisfija fil-Purgatorju. Il-gurnata tat-2 ta’ Novembru hija maghrufa bhala ‘Jum l-Ghid ta’ l-Imwiet’ ghax tikkommemora lill-Fidili mejtin kollha.

Ghalkemm dawn il-jumejn mhumiex jiem ta’ obbligu tal-Quddies (sakemm ovvjament ma jinzertawx nhar ta’ Hadd), l-insara xorta wahda jhossu li ghadhom iharsuhom u jghozzuhom permezz ta’ Quddiesa u tqarbina. Ta’ min jghid ukoll li skont il-Kostituzzjoni Appostolika ta’ l-10 ta’ Awwissu 1915, nhar it-2 ta’ Novembru, kull sacerdot jista’ jqaddes tliet quddisiet: wahda joffriha skont l-intenzjoni personali tieghu, it-tieni quddiesa ghall-erwieh tal-mejtin kollha u l-ahhar quddiesa joffriha skont il-fehma tal-Papa.

Din is-sena, il-Kor Nativitas iccelebra dawn iz-zewg festi fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria) billi anima l-Quddiesa Solenni tal-Qaddisin Kollha fid-9.30am u l-Quddiesa ‘de requiem’ b’tifkira ta’ l-Erwieh kollha fis-6.30pm. Ghal iz-zewg okkazjonijiet, il-Kor interpreta numru sabih ta’ innijiet religjuzi. Nhar it-Tnejn filghaxija, il-Kor esegwixxa ghall-ewwel darba b’mod ufficjali l-Quddiesa Gregorjana ‘Pro Defunctis’ li tintuza waqt il-Liturgija tal-Funerali u f’Quddies iehor tal-mejtin. Skont kif titlob il-Liturgija tal-Knisja, waqt il-Quddiesa tat-2 ta’ Novembru, il-kant li ntuza kien wiehed li jesprimi tama f’hajja li ma tintemmx frott ir-rebha ta’ Kristu fuq il-mewt u d-dnub. Il-Kor kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius bis-sehem ta’ l-organista Ivan Attard.

No comments:

Post a Comment