Wednesday, 11 November 2009

Imfakkar solennement l-Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta' San Frangisk


Nhar l-Erbgha 11 ta’ Novembru 2009, il-komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria fakkret b’mod solenni l-103 Anniversarju mid-Dedikazzjoni tal-Knisja ddedikata lill-Qaddis fundatur ta’ l-Ordni Frangiskan.

Ta’ min jinnota li litugikament, il-festa ta’ l-anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja tal-post hija aqwa mill-festa tat-titular ghalkemm iz-zewg festi huma klassifikati bhala ‘Solennità’. Ir-rit tad-Dedikazzjoni jitlob li titbierek il-Knisja u wara li jsir it-talb preskritt ghac-cerimonja, tinghad it-talba konsagratorja filwaqt li c-celebrant principali, li normalment ikun l-Isqof tal-post, jidlek biz-zejt tal-Grizma tnax-il salib li jkunu mwahhlin mal-hitan tal-knisja (li jissimbolizzaw it-tnax-il Appostlu li fuqhom hija mibnija l-Knisja ta’ Kristu) u l-altar-mejda (li jissimbolizza lil Kristu Haj). It-tifkira tad-Dedikazzjoni tigi ccelebrata kull sena bi grad ta’ Solennita’ fl-istess knisja… f’kaz li l-Knisja tkun Katidral, it-tifkira tkun iccelebrata bi grad ta’ Solennita’ fl-istess Knisja Katidrali u bi grad ta’ Festa fil-knejjes kollha tad-Djocesi peress li l-Katidral huwa l-omm tal-parrocci kollha tal-post.

Ic-celebrazzjonijiet ta’ din is-Solennita’ fethu nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru filghaxija ma’ nzul ix-xemx. Fis-5.45pm sar it-talb tar-Ruzarju Mqaddes quddiem Gesu’ Sagramentat. Fis-6.15pm inghata bidu ghall-Kant Solenni ta’ l-Ewwel Ghasar tad-Dedikazzjoni u nghatat il-Barka Sagramentali. Immedjatament wara din il-funzjoni, bdiet Koncelebrazzjoni Solenni ta’ lejliet il-festa li tmexxiet minn Patri Egidio Mizzi OFM Konv., predikatur gharef u Bibblista maghruf. Il-jum propju tas-Solennita’, l-Erbgha 11 ta’ Novembru, kien iccelebrat b’Quddies bl-omelija filghodu u filghaxija b’dan il-programm: 5.45pm Ruzarju meditat, 6.15pm Kant Solenni tat-Tieni Ghasar u Barka Sagramentali filwaqt li ghall-habta tas-6.40pm bdiet Koncelebrazzjoni Solenni li tmexxiet mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi ta’ Ghawdex.

Il-Kor Nativitas gie mistieden biex janima dawn iz-zewg Quddisiet. Minbarra li gie kantat l-Ghasar (li kien jinkludi l-Innu ‘F’dehra kbira’ u tliet salmi differenti f’kull okkazjoni), il-Kor esegwixxa repertorju tajjeb hafna fosthom il-‘Missa Pastorale’ (Mro. Nazzareno Refalo) u ‘Missa De Angelis’ (Gregorian Chant) bis-sehem tal-kongregazzjoni migbura. Id-direzzjoni kienet f’idejn Silvana Agius u l-Kor kien akkumpanjat mill-organista Ivan Attard.

No comments:

Post a Comment