Friday 27 November 2009

Jithabbru s-Servizzi tal-Kor Nativitas ghax-xahar ta' Dicembru 2009


L-impenji tal-Kor Nativitas fil-festi sbieh li gejjin jifthu nhar is-Sibt 28 ta' Novembru u jintemmu nhar il-Hadd 10 ta' Jannar 2009 - dawn l-attivitajiet ser ikunu koncentrati madwar zewg Knejjes u l-Kazin tal-Banda Victory skont kif gej:

Is-Sibt 28 ta' Dicembru: L-Ewwel Jum tan-Novena tal-Kuncizzjoni fil-Knisja ta' San Frangisk.
6.30pm: Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Dun Renato Borg, Segretarju Personali ta' l-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna. Wara, isir il-Kant ta' l-Innu Popolari u bews tar-relikwija.

*Dan il-programm jirrepeti ruhu kuljum sa nhar il-Hamis 3 ta' Dicembru. Nhar il-Hadd 29 ta' Novembru, il-Quddiesa tan-Novena tkun fil-5.00pm u mhux fis-6.30pm.


It-Tlieta 8 ta' Dicembru:
Bejn is-1.30pm u l-5.00pm: Irtir ghall-membri tal-Kor Nativitas fil-Knisja ta' Marija Annunzjata fil-limiti ta' Kercem Ghawdex.

Il-Hadd 13 ta' Dicembru: Solennita' tat-78 Anniversarju mid-Dedikazzjoni tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.
10.00am: Koncelebrazzjoni Solenni ta' Jum il-Konsagrazzjoni mmexxija mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus, bis-sehem tas-sacerdoti kollaboraturi f'dan is-Santwarju. Il-Quddiesa tkun imxandra b'mod dirett fuq Radju Marija.

Bejn it-Tlieta 15 u l-Erbgha 23 ta' Dicembru: Novena tal-Milied fil-Knisja ta' San Frangisk.
Il-Quddiesa bil-prietka tibda fis-6.30pm bl-eccezzjoni tal-Hadd 20 ta' Dicembru - dakinhar il-Quddiesa tan-Novena tkun fid-9.30am.

Il-Hadd 20 ta' Dicembru:
Mis-6.00pm 'il quddiem: L-Ewwel Edizzjoni tal-'Glories of Christmas' - Kuncert korali u strumentali mill-Kor Nativitas fis-Sala 'Dun Alwig Camilleri' tal-Kazin tas-Socjeta' Filarmonika Victory. Dwar din l-attivita', ser tinhareg stqarrija ghall-istampa b'aktar dettalji.

Il-Hamis 24 ta' Dicembru: Lejliet il-Milied.
10.50pm: Servizz ta' kant ta' ghanjiet tradizzjonali tal-Milied fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.
11.30pm: Purcissjoni bix-xbieha ta' Gesu' Bambin mis-sagristija tas-Santwarju lejn l-Artal Maggur. Isir il-Kant Solenni ta' l-Ufficcju tal-Qari tal-Milied u Prietka tat-Tifel. Kant tal-Glorja.
12.00am: Pontifikal Solenni ta' Jum il-Milied immexxi mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus bis-sehem tas-sacerdoti li jservu fis-Santwarju. Ghal din l-okkazjoni, ser tizzanzan il-Quddiesa Missa Fulgens Corona, kompozizzjoni ta' l-Assistent Direttur tal-Kor Ivan Attard, miktuba ghall-okkazjoni tal-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari tal-Madonna ta' Pinu mill-Kardinal Alessio Lepicier (1935 - 20 ta' Gunju - 2010).

Il-Gimgha 25 ta' Dicembru: Jum is-Solennita' tat-Twelid ta' Sidna Gesu' Kristu.
9.15am: Ghanjiet tal-Milied fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria).
9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv., flimkien mal-komunita' Frangiskana ta' beltna.

Il-Hadd 27 ta' Dicembru: Festa tal-Familja Mqaddsa ta' Nazaret.
9.30am: Quddiesa kantata bl-omelija fil-Knisja ta' San Frangisk.

Il-Hamis 31 ta' Dicembru: L-Ahhar Jum tas-Sena Civili. Jum ta' Radd il-Hajr.
6.30pm: Fil-Knisja ta' San Frangisk, Koncelebrazzjoni ta' ringrazzjament lil Alla f'gheluq is-sena civili. Fi tmiem din ic-celebrazzjoni, jitkanta t-Te Deum bhala innu ta' radd il-hajr lil Alla ghall-grazzji li xerred fuqna matul din is-sena 2009.

Il-Gimgha 1 ta' Jannar: Solennita' ta' Marija Omm Alla.
9.30am: Fil-Knisja ta' San Frangisk, Koncelebrazzjoni Solenni.

Il-Hadd 3 ta' Jannar: Solennita' ta' l-Epifanija tal-Mulej.
9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv., flimkien mal-komunita' Frangiskana ta' beltna. F'din il-Quddiesa, skont drawwa antika fil-Knisja, jithabbru b'mod solenni l-festi li jimxu ma' l-Ghid.

Il-Hadd 10 ta' Jannar: Festa tal-Maghmudija tal-Mulej.
9.30am: Quddiesa kantata bl-omelija fil-Knisja ta' San Frangisk.

Barra minn dawn is-servizzi, ser ikollna wkoll diversi attivitajiet socjali fosthom ikla tal-Milied ghall-membri tal-Kor Nativitas offruta mill-Kumitat Centrali tas-Socjeta' Filarmonika Victory, harga biex inzuru l-presepji li jkun hawn armati ghall-wiri madwar il-gzira taghna u harga Malta. Aktar dettalji jinghataw f'dan is-sit elettroniku fil-gimghat li gejjin.





No comments:

Post a Comment