Nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru 2009, il-Kor Nativitas kien mistieden ikanta waqt Quddiesa Solenni li giet iccelebrata fil-KonKatidral ta’ San Gwann. Din ic-celebrazzjoni saret fl-okkazjoni tal-festa liturgika ta’ Santa Cecilja, Vergni u Martri, patruna tal-muzicisti. Is-servizz gie ikkummissjonat mill-Ghaqda Kazini tal-Banda u kien parti minn stedina li saret lis-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra sabiex tiehu sehem f’din il-festa annwali permezz tad-daqq ta’ diversi marci brijuzi mat-toroq tal-Belt Valletta.
Il-Kon-Katidral ta` San Ġwann, jinsab il-Belt Valletta, mibni mil-Ordni Militar Sovran ta' Malta magħruf ukoll bħala l-Ordni ta' San Ġwann. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ikkummissjonat fl-1572 mill-Granmastru Jean de la Cassiere bħala l-knisja konventwali ta’ l-Ordni tal-Kavallieri Ospidalieri ta’ San Ġwann, u ddisinjat mill-magħruf arkitett militari Malti, Gilormu Cassar, jispikka bħala monument uniku ta’ importanza internazzjonali. Il-knisja hija ddedikata lil San Gwann Battista, il-qaddis patrun ta’ l-Ordni.
Il-Kon-Katidral ta` San Ġwann, jinsab il-Belt Valletta, mibni mil-Ordni Militar Sovran ta' Malta magħruf ukoll bħala l-Ordni ta' San Ġwann. Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ikkummissjonat fl-1572 mill-Granmastru Jean de la Cassiere bħala l-knisja konventwali ta’ l-Ordni tal-Kavallieri Ospidalieri ta’ San Ġwann, u ddisinjat mill-magħruf arkitett militari Malti, Gilormu Cassar, jispikka bħala monument uniku ta’ importanza internazzjonali. Il-knisja hija ddedikata lil San Gwann Battista, il-qaddis patrun ta’ l-Ordni.
Il-bini tlesta nhar San Ġwann fl-1577. Granmastri u Kavalieri ta’ l-Ordni taw rigali ta’ siwi artistiku kbir u taw kontribuzzjonijiet enormi biex biss b’xogħlijiet ta’ l-arti li kienu ta’ l-ogħla livell mill-aqwa artisti li setgħu sabu dak iż-żmien. Fit-12 ta’ Lulju 1798 il-Kavalieri, fuq qalbhom, ċedew il-Gżejjer lill-Ġeneral Napuljun Bonaparte u hekk ħallew il-knisja konventwali tagħhom. Kien f’dan iż-żmien li l-knisja saret Kon-Katidral. Il-Franċiżi ċedew fl-1800 u l-Gvernatur Ingliż ma damx ma ħa l-gżira f’idejh. L-istess privileġġi li kienu jgawdu l-Kavallieri ħakkiema issa għaddew għand il-Gvernatur Ingliż, u ma’ dawn il-privileġġi għaddiet ukoll il-Knisja ta’ San Ġwann.
Fl-l941, tul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ġarrab ħsarat kbar waqt attakk bil-bombi mill-ajru fuq il-Belt Valletta. Parti mill-anness sofriet l-aktar u l-knisja nnifisha ħelset qerda totali għal ftit. Il-kampnari u s-Sagristija wkoll saritilhom ħsara kbira u l-bieb prinċipali nfaqa’ ‘l ġewwa. Fortunatament, dak li kien hemm fil-knisja kien diġà ġie trasferit f’post ieħor fil-ħin.Il-knisja stess, għandha numbru kbir ta' xogħlijiet importanti ta' arti. Waħda mil-iktar prestiġjużi u importanti hija il-Qtugh ir-Ras ta' San Gwann Battista tal-pittur famuż Caravaggio.
Kien ta’ unur kbir ghalina li nippartecipaw f’din il-Quddiesa f’dan it-tempju prestiggjuz. Il-Quddiesa koncelebrata li bdiet fil-5.30pm tmexxiet mill-W.R. Mons. Lawrenz Mifsud, Rettur tal-Konkatidral u Chaplain ta’ l-Ghaqda Kazini tal-Baned flimkien ma’ Mons. Carmelo Refalo, Arcipriet tal-Parrocca tax-Xaghra u l-W.R. Kan. Dun Giljan Refalo Rapa, Direttur Spiritwali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory. Il-Kor Nativitas esegwixxa diversi innijiet ta’ matul is-sena u temm il-Quddiesa bl-innu ‘Jesus Christ you are my life’ in vizta tal-fatt li l-Knisja Universali kienet diga’ bdiet ticcelebra s-Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Holqien Kollu. Id-direzzjoni tal-Kor kienet f’idejn is-Sinjura Silvana Agius filwaqt li l-akkumpanjament muzikali fuq l-orgni tal-KonKatidral sar mill-organista Ivan Attard. Is-servizz li nghata kien wiehed tajjeb hafna u dan jixduh il-kummenti pozittivi li rcivejna aktar tard mal-jum u matul il-gurnata tal-Hadd. Ezattament wara li ntemmet il-Quddiesa, il-Banda Victory daqqet diversi marci brijuzi u ferrhet lil dawk prezenti ghal din il-festa, fosthom hafna partitarji mir-rahal taghna li telghu mal-Banda ghal din l-attivita’ unika. Il-banda kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM. Quddiem il-banda taghna, imxew ir-rapprezentanti tas-Socjetajiet muzikali Maltin u Ghawdxin bl-istandard rispettiv taghhom.
Il-membri kollha hadu gost b’din il-mawra Malta u issa tnizzlet pagna ohra sabiha fl-istorja tal-Kor Nativitas – iz-zjara tieghu fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann u l-animazzjoni ta’ Quddiesa specjali fil-festa tal-patruna tal-muzicisti!!
No comments:
Post a Comment