Thursday, 31 December 2009

L-Ahhar Jum tas-sena 2009 - Harsa lejn il-hidma tal-Kor Nativitas matul din is-sena

Illum il-Hamis 31 ta’ Dicembru 2009, huwa l-ahhar jum tas-sena civili. Din kienet sena specjali ghall-Kor Nativitas ghax matulha fakkarna kif inhu xieraq l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif ta’ l-istess Kor. Ghaldaqstant, illum qeghdin naghtu lista tas-servizzi u attivitajiet kollha li kellna bhala Kor matul din is-sena. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li jaghmlulna kuragg fil-hidma taghna.

JANNAR 2009

Il-Hadd 4 ta’ Jannar 2009:
Solennita’ ta’ l-Epifanija tal-Mulej – il-festa li tfakkar il-‘wirja’ ta’ Gesu’ lid-dinja. Filghodu, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa Solenni ta’ din il-festa ghaziza fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria). Dan kien l-ewwel servizz tal-Kor Nativitas ghas-sena 2009.

Il-Gimgha 16 ta’ Jannar 2009:
It-Tielet Jum tat-Tridu u lejliet il-festa liturgika ta’ Sant’Anton Abbati, l-ewwel titular tal-Parrocca tax-Xaghra. Ghal sena ohra, il-Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta’ Sant’Anton fl-inhawi tal-Qacca, stieden lill-Kor Nativitas biex janima l-Quddiesa ta’ l-ahhar jum tat-Tridu. Ghal din l-okkazjoni gie mzanzan innu gdid adunur Sant’Anton Abbati, bi kliem tal-Provincja Agostinjana Maltija u muzika ta’ l-Assistent Direttur tal-Kor, Ivan Attard.

Bejn l-Erbgha 21 u l-Gimgha 23 ta’ Jannar 2009:
Tridu Solenni adunur l-Appostlu Missierna San Pawl fil-Knisja ddedikata lilu fil-bajja ta’ Marsalforn. Dawn kienu festi specjali li fakkru l-elfejn anniversarju mit-twelid ta’ dan l-Appostlu tal-Gnus (Sena Pawlina). Il-Kan. Dun Mikiel Borg, Rettur gdid tal-Komunita’ ta’ Marsalforn, hejja programm mimli attivitajiet biex ifakkru dan il-bi-millenarju. Fuq stedina tal-Kan. Borg, il-Kor Nativitas anima c-celebrazzjoni fit-tlett ijiem tat-Tridu Pawlin. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja tal-Kor li gejna mistiedna sabiex nanimaw Tridu shih ta’ festa titulari. Ic-celebrazzjoni kienet tikkonsisti fil-Kant ta’ l-Ghasar, Koncelebrazzjoni Solenni bil-prietka tat-Tridu, Kurunella, Antifona u Celebrazzjoni Ewkaristika. Bhal f’kull okkazjoni ohra, il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni tas-Sinjura Silvana Agius u l-Assistent Direttur u organista Ivan Attard. Matul dawn ic-Celebrazzjonijiet Ewkaristici, uhud mill-membri tal-Kor kantaw bicciet wahedhom.


FRAR 2009

It-Tnejn 2 ta’ Frar 2009:
F’din il-gurnata, sar il-funeral ta’ ohtna Margerita Grima, omm Ezekjel u Noel Grima, Direttur tal-Kazin u Kaxxier tas-Socjeta’ Filarmonika Victory rispettivament. Delegazzjoni mill-Kor Nativitas imxiet fil-korteo funebri li wassal il-fdalijiet ta’ ohtna Margerita mill-bidu tar-rahal ghall-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina. Il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa funebri li bdiet fl-4.00pm. akkumpanjat mill-organista Dun Michael Curmi peress li l-Ass. Direttur Ivan Attard ma setax ikun prezenti mill-bidu tal-Quddiesa.

L-Erbgha 4 ta’ Frar 2009:
Saret laqgha importanti ghall-membri kollha tal-Kor. Waqt din il-laqgha gew diskussi l-progetti li ghandu quddiem il-Kor Nativitas biex ifakkar l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu. Matul din il-laqgha, gie inawgurat il-logo ufficcjali tal-kor Nativitas ‘Bringing Music to Life’ li huwa iddisinjat mis-Seminarista Mark Bonello. Bhala Kor nixtiequ nirringrazzjawh tax-xoghol tieghu.


MARZU 2009

It-Tlieta 31 ta’ Marzu 2009:
Il-Kor Nativitas fetah l-impenji tieghu ghal Zmien il-Gimgha Mqaddsa permezz ta’ Irtir tar-Randan li nzamm fis-sala ta’ taht is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu bejn it-3.30pm u s-7.00pm. F’dan l-irtir, saru zewg talks interessanti. L-ewwel wahda kienet tittratta t-tifsira tar-Randan u l-Liturgija tat-Tridu Mqaddes ta’ l-Ghid. It-tieni talk, li tmexxiet mill-W.R. Dun Injazju Borg, Delegat ta’ Mons. Isqof ghal-Liturgija, kienet tittratta l-Kant fit-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid. Temmejna l-laqgha taghna billi animajna l-Quddiesa tas-6.30pm fis-Santwarju Nazzjonali ta’ Pinu. Il-kummenti kienu pozittivi u hemm il-hsieb li s-sena d-diehla, dan l-irtir jerga’ jsir bi ftit modifikazzjonijiet.


APRIL 2009:

Il-Hadd 5 ta’ April 2009:
Il-Knisja Kattolika fethet il-Gimgha Mqaddsa bic-celebrazzjoni ta’ Hadd il-Palm. Filghodu, il-Kor Nativitas flimkien mal-grupp ta’ kitarristi ta’ l-istess Kor ha sehem fil-purcissjoni bis-Salib Rebbieh madwar il-pjazza ta’ San Frangisk (Victoria) fejn kanta xi innijiet marbuta mac-celebrazzjoni tat-tifkira tad-dahla ta’ Gesu’ f’Gerusalemm. Wara, il-Kor anima l-Liturgija Solenni ta’ Hadd il-Palm fil-Knisja ta’ San Frangisk.

Il-Hamis 9 ta’ April 2009:
Hamis ix-Xirka. Fuq stedina tal-Kappillan Kan. Mikiel Borg, il-Kor Nativitas anima c-Celebrazzjoni Solenni tat-Tifkira ta’ l-Ahhar Ikla tal-Mulej fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu f’Marsalforn. Ic-celebrazzjoni bdiet fis-6.00pm u kienet tinkludi l-prezentazzjoni taz-Zjut Imqaddsa lill-komunita’, il-Kant Solenni tal-Gloria, ir-rit tal-hasil tar-riglejn u t-translazzjoni tas-Santissimu Sagrament ghall-Artal tar-Repozizzjoni, armat b’mod tassew originali u artistiku minn grupp ta’ voluntiera taht id-direzzjoni tal-W.R. Dun Guzepp Cini.

Il-Gimgha 10 ta’ April 2009:
Jum il-Gimgha l-Kbira. Il-Kor Nativitas anima l-Azzjoni Liturgika ta’ l-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn. Il-funzjoni bdiet fl-4.00pm.

Is-Sibt 11 ta’ April 2009:
Il-Kor Nativitas ippartecipa fic-Celebrazzjoni tal-Vgili Solenni ta’ l-Ghid il-Kbir fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn. Il-funzjoni bdiet fit-8.00pm u kienet tinkludi t-tberik tan-nar il-gdid u l-mixeghla tal-blandun, it-Thabbira Solenni ta’ l-Ghid, il-Liturgija tal-Kelma, il-Kant tal-Gloria, it-Tberik ta’ l-Ilma l-gdid u l-Liturgija Ewkaristika.

Il-Kor Nativitas ghamel prestazzjoni tajba hafna matul il-funzjonijiet tat-Tridu ta’ l-Ghid u bosta kienu dawk li taw kummenti pozittivi u inkoragganti ghall-mod kif gie interpretat il-kant liturgiku. Dan jawgura tajjeb ghall-futur. Bhala Kor, nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kan. Dun Mikiel Borg ghall-fiducja li wera fina biex animajna dan it-Tridu ta’ l-Ghid fil-knisja tieghu f’Marsalforn.

Il-Hadd 12 ta’ April 2009:
Hadd l-Ghid il-Kbir. Il-Kor Nativitas temm l-impenji tieghu ghal Zmien il-Gimgha Mqaddsa billi ippartecipa fil-Koncelebrazzjoni Solenni ta’ dan il-jum li bdiet fid-9.30am fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali, Belt Victoria. F’din il-gurnata ta’ festa kbira, il-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory ta figolla tradizzjonali ta’ l-Ghid lid-Diretturi u lill-membri tal-Kor bhala turija ta’ apprezzament ghax-xoghol siewi li jwettqu matul is-sena biex ikomplu jghollu ‘l fuq isem il-Banda taghna.

F’dan il-jum inbeda x-xoghol sabiex il-Kor Nativitas ikollu s-sit elettroniku tieghu; http://kornativitas.blogspot.com.

Is-Sibt 18 u l-Hadd 19 ta’ April 2009:
Lejliet u nhar il-Festa tal-Hniena Divina. Il-Kor Nativitas anima l-Quddies principali ta’ din il-festa ghaziza fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria). Ta’ min jghid li ghal din l-okkazjoni, il-Kor zanzan l-Innu ta’ Santa Fawstina Kowalska, fuq kliem u muzika tas-Sur Joe Aquilina minn Malta.

L-Erbgha 29 ta’ April 2009:
L-Ewwel Jum tat-Tridu adunur il-Kompatrun taghna San Guzepp. Il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni Solenni tat-Tridu li tmexxiet mill-Kan. Dun Gwann Sultana bil-prietka mill-Kan. Dun Mario Borg. Hekk kif intemmet il-Quddiesa, il-Kor kanta l-Antifona Exsurgens Josef u inghatat il-Barka Sagramentali. Ic-celebrazzjoni ta’ dan il-jum giet fi tmiemha bil-kant ta’ l-Innu Popolari.


MEJJU 2009

Il-Hadd 3 ta’ Mejju 2009:
Jum il-Festa parrokkjali ta’ San Guzepp. Fis-6.30pm bdiet hierga l-purcissjoni solenni bl-istatwa artistika tal-Kompatrun taghna mill-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina. Il-Kor Nativitas sellem lill-Qaddis bil-kant ta’ l-innu popolari “Lil San Guzepp”, kompozizzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia, bl-akkumpanjament muzikali mis-Socjeta’ Filarmonika Victory taht id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Galea LCM.

L-Erbgha 6 ta’ Mejju 2009:
Inghata bidu ghal hmistax-il Erbgha devozzjonali bi thejjija ghas-Solennita’ ta’ l-Ghid ta’ l-Assunta. Fuq stedina tal-W.R. Rettur Dun Gerard Buhagiar, il-Kor Nativitas ha sehem f’dawn l-Erbghat billi anima l-Quddiesa Solenni tal-5.30pm li kienet tixxandar live fuq Radju Marija. Il-Koncelebrazzjoni ta’ l-Ewwel Erbgha kienet ippreseduta mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus. Kif kien jixraq f’din l-okkazjoni tkantat l-Ave Maria mid-direttrici tal-kor Silvana Agius akkumpanjata fuq l-orgni mill-organista tal-Kor Ivan Attard.

Il-Hadd 10 ta’ Mejju 2009:
Jum l-Omm. Din is-sena, il-Kor Nativitas iccelebra dan il-jum mal-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria. Il-Kor anima bil-kant il-Quddiesa tad-9.30am li kienet immexxija minn Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan.

Is-Sibt 16 ta’ Mejju 2009:
Lejliet il-Festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna fil-Knisja ‘taz-Zejt’ fl-Gharb Ghawdex. Fuq stedina tar-Rettur ta’ din il-Knisja, il-W.R. Kan. Achille Cauchi, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa Solenni tal-5.30pm li kienet immexxija mill-Kan. Dun Guzepp Tabone. Ic-celebrazzjoni ntemmet bil-Kurunella, Barka Sagramentali u Bews tar-Relikwija tal-Madonna.

Il-Hadd 31 ta’ Mejju 2009:
Solennita’ ta’ Ghid il-Hamsin. Filghodu, il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni Solenni li tmexxiet minn Patri Gorg Attard OFM Konv., fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria.


GUNJU 2009

Bejn it-Tlieta 9 u l-Hamis 11 ta’ Gunju 2009:
Jiem tat-Tridu f’gieh Sant’Antnin ta’ Padova fil-Knisja ta’ San Frangisk. Filghaxija, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa bil-prietka ta’ l-okkazjoni. Ic-celebrazzjoni kienet taghlaq bil-kant ta’ l-Innu Si Queris Miracula, l-Antifona O Proles Hispanaie u Barka Sagramentali.

Il-Hadd 14 ta’ Gunju 2009:
Solennita’ tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej (Corpus). Filghodu, il-Kor Nativitas ippartecipa fil-Koncelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-Gwardjan ta’ San Frangisk fil-Knisja taghhom u akkumpanja l-Purcissjoni Ewkaristika li ntemmet bil-Barka Sagramentali.

Wara nofsinhar, inbeda r-recording tac-CD kommemorattiv f’gheluq l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kor. L-orgni li ntuza waqt ir-recording kien tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Nirringrazzjaw lir-Rettur Dun Gerard Buhagiar ta’ l-akkoljenza.

Il-Gimgha 19 ta’ Gunju 2009:
Solennita’ tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’. Fis-6.30pm bdiet Quddiesa Solenni fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali (Belt Victoria) animata mill-Kor Nativitas. Ic-celebrazzjoni ta’ din il-festa ghaziza ntemmet bil-Konsagrazzjoni tal-Familji lill-Qalb ta’ Gesu’ u Benedizzjoni Ewkaristika.

Is-Sibt 20 ta’ Gunju 2009:
Tifkira tal-74 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna ta’ Pinu. Il-Kor Nativitas anima l-Pontifikal li tmexxa mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus, fis-Santwarju tal-Madonna. Wara l-Quddiesa, il-Kor anima t-talba tar-Ruzarju aux flambaux fuq iz-zuntier tas-Santwarju.

It-Tnejn 22 ta’ Gunju 2009:
Tifkira Solenni tal-126 Anniversarju mis-Sejha tal-Madonna ta’ Pinu. Fit-8.00pm beda Pontifikal Solenni li tmexxa mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi bhala ringrazzjament lil Alla ghal tant grazzji li xerred fuqna bl-intercessjoni ta’ Ommna Marija. Il-Kor Nativitas anima c-celebrazzjoni.

Il-Hamis 25 ta’ Gunju 2009:
Wara nofsinhar, beda r-recording tal-Kor Nativitas ghall-innijiet li ser jigu rekordjati fic-CD kommemorattiv ta’ l-ghaxar anniversarju. Ir-recording sar taht is-supervizjoni tar-recording engineer John Agius. Attendew ghar-recording id-Diretturi tal-Kor, Silvana u Ivan.

Il-Gimgha 26 ta’ Gunju 2009:
Wara nofsinhar, kompla r-recording fuq is-synthesizer.


LULJU 2009:

Matul ix-xahar ta’ Lulju, komplew sensiela ta’ recording sessions ghall-membri kollha tal-Kor, kif ukoll tkompla ir-recording fuq l-orgni fis-Santwarju ta’ Pinu. Beda jsir ix-xoghol ta’ artwork design tal-cover tac-CD.

Il-Gimgha 10 ta’ Lulju 2009:
Giet organizzat BBQ mid-diretturi tal-kor bhala ringrazjament lill-membri tal-kor ta’ l-attendenza taghhom. Dan il-BBQ kien attivita socjail fejn il-membri tal-kor iltaqghu flimkien u hadu gost.

Il-Hadd 12 ta’ Lulju 2009:
Jum l-Ewwel Quddiesa Solenni ta’ Dun Joseph Curmi (sacerdot novell). Fid-9.30am bdiet Koncelebrazzjoni fil-Kolleggjata-Bazilika ta’ Marija Bambina. Il-Kor Nativitas gie mistieden formalment sabiex jinghaqad mal-Kor Jesus of Nazareth (Sliema Malta) fl-animazzjoni tal-Quddiesa bis-sehem ta’ l-orkestra taht id-direzzjoni tal-Kan. On. Patri Salvatore Galea O.P.

Il-Hamis 16 ta’ Lulju 2009:
Jum il-Festa Liturgika tal-Madonna tal-Karmnu. Fuq stedina tal-W.R. Kan. Giovanni Bosco Cremona, Rettur tal-Knisja tal-Knisja tax-Xlendi, il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni Solenni tal-festa. Il-Kor kanta l-Quddiesa Cantate Domino u innijiet Marjani ohra. Ic-celebrazzjoni giet fi tmiemha bil-Kant ta’ l-Antifona Flos Carmeli u Barka Sagramentali solenni.


AWWISSU 2009:

Is-Sibt 15 ta' Awwissu 2009:
Solennita’ ta’ l-Ghid ta’ l-Assunta, titular tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Filghodu, il-Kor Nativitas ippartecipa fil-Quddiesa Solenni tal-festa bil-prietka ta’ l-okkazjoni.


SETTEMBRU 2009:

Il-Gimgha 4 ta’ Settembru 2009:
Filghaxija, sar il-Kuncert Annwali mtella’ mis-Socjeta’ Filarmonika Victory fl-okkazjoni tal-Festa Titulari tat-Twelid ta’ Marija Bambina. Waqt din l-attivita’ muzikali, gew inawgurati bosta progetti relatati mal-Kor Nativitas f’gheluq l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu, ewlenin fosthom ic-CD ta’ innijiet religjuzi u popolari, l-uniformi l-gdida tal-Kor u l-website ufficjali tal-Kor. Id-Direttrici Silvana Agius ghamlet kelmtejn ta’ l-okkazjoni. Saret il-prezentazzjoni tac-CD il-gdid lill-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo, is-Sindku s-Sur Joseph Cordina, il-President tas-Socjeta’ is-Sur Eucharist Sultana, il-fundatur tal-Kor u President Onorarju s-Sur Michael F. Cini u d-Direttur Spiritwali tas-Socjeta’, il-W.R. Kan. Giljan Refalo Rapa.

It-Tnejn 7 u t-Tlieta 8 ta’ Settembru 2009:
Lejliet u Jum is-Solennita’ Liturgika tat-Twelid ta’ Marija Bambina. Il-Kor Nativitas inghaqad mal-Banda Victory fl-esekuzzjoni ta’ l-Innu Immortali “Hdejn in-Nieqa ta’ Marija”, kliem tal-Kan. Kav. Giljan Refalo Rapa u muzika tas-Surmast Vincenzo Ciappara. Id-direzzjoni muzikali kienet f’idejn is-Surmast Joseph Galea LCM.

Il-Hamis 17 ta’ Settembru 2009:
Festa tal-Pjagi ta’ San Frangisk ta’ Assisi. Fil-Knisja iddedikata lilu fil-Belt Victoria, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa Solenni ta’ din il-festa li tmexxiet minn Patri Joseph Xerri OFM Konv.

Il-Gimgha 25 ta’ Settembru 2009:
Hdejn il-breakwater tal-bajja ta’ Marsalforn, sar BBQ kbir ghall-membri kollha tal-Kor bhala turija ta’ ringrazzjament ghall-impenn taghhom matul id-diversi servizzi li kellna fix-xhur tas-sajf u b’mod partikolari fil-granet tal-festa tal-Bambina.
Matul dawn il-jiem ta’ Settembru, dehru numru ta’ features dwar il-Kor Nativitas fil-mezzi ta’ l-istampa lokali. Dawn kienu jinkludu artikli dwar il-progetti li inawgura l-Kor f’gheluq l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu.

L-Erbgha 30 ta’ Settembru 2009:
L-Ewwel Jum tat-Tridu tal-Festa ta’ San Frangisk t’Assisi. Il-Kor Nativitas anima l-ewwel Quddiesa Solenni bil-prietka dwar il-Qaddis fil-Knisja ddedikata lilu fil-Belt Victoria. Din is-sena, il-komunita’ Frangiskana fakkret gheluq it-800 sena minn meta ir-Regola Frangiskana giet approvata b’mod ufficjali mill-Knisja.


OTTUBRU 2009:

Il-Hamis 1 u l-Gimgha 2 ta’ Ottubru 2009:
It-Tieni u t-Tielet Jum tat-Tridu f’gieh San Frangisk ta’ Assisi. Il-Kor Nativitas anima l-Liturgija Solenni ta’ dan it-Tridu fil-Knisja ddedikata lill-Qaddis fir-Rabat Ghawdex.
Nhar il-Hamis 1 ta’ Ottubru 2009, il-Kumitat tal-Banda Victory organizza ikla ta’ ringrazzjament lill-Bandisti u l-membri tal-Kor ghall-impenn taghhom matul is-servizzi tas-Sajf.

L-Erbgha 14 ta’ Ottubru 2009:
Festa tal-Madonna tas-Sahha fil-Knisja ta’ San Frangisk. Il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa kantata ta’ din il-festa.

Il-Hamis 15 ta’ Ottubru 2009:
L-Ewwel Jum tal-Kwaranturi Solenni bi thejjija ghall-Festa ta’ Kristu Sultan fil-komunita’ tan-Nazzarenu (Xaghra). Fuq stedina tar-Rettur il-Kan. Anton Refalo Rapa, il-Kor anima l-Koncelebrazzjoni li kienet immexxija minn Mons. Giovanni Bosco Gauci, Vigarju Generali tad-Djocesi taghna, bis-sehem tas-sacerdoti Xaghrin fl-okkazjoni tas-Sena Sacerdotali mnedija mill-Q.T. Papa Benedittu XVI.

Is-Sibt 24 ta’ Ottubru 2009:
Lejliet it-Tifkira tal-111 Anniversarju mit-Twaqqif tas-Socjeta’ Filarmonika Victory. Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina, saret Quddiesa ta’ Radd il-Hajr lil Alla mmexxija mill-W.R. Dun Michael Curmi, Vici-Rettur tas-Seminarju Magguri u l-ewwel Direttur Muzikali tal-Kor Nativitas.


NOVEMBRU 2009:

Il-Hadd 1 ta’ Novembru 2009:
Jum is-Solennita’ tal-Qaddisin Kollha. Filghodu, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa Kantata fil-Knisja ta’ San Frangisk.

It-Tnejn 2 ta’ Novembru 2009:
Tifkira Solenni tal-Erwieh tal-Purgatorju. Filghaxija, il-Kor anima l-Quddiesa de requiem b’suffragju ta’ l-erwieh fil-Knisja ta’ San Frangisk. Din ic-celebrazzjoni ntemmet bit-tberik ta’ l-oqbra fil-kripta ta’ l-istess Knisja. Ippresieda Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita’.

It-Tlieta 3 ta’ Novembru 2009:
Il-Kor Nativitas inghaqad mal-ferghat kollha tas-Socjeta’ Filarmonika Victory u tlabna ghall-Erwieh tal-membri tal-Kumitat, Surmastrijiet, bandisti, socji u membri mejtin ta’ l-istess Socjeta’. Dan sar waqt Quddiesa kantata li saret fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina u li tmexxiet mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien mal-W.R. Dun Giljan Refalo Rapa, Direttur Spiritwali tas-Socjeta’, il-W.R. Dun Anton Refalo u l-W.R. Dun Guzepp Cini. Wara, sar pellegrinagg lejn ic-cimiterju tal-parrocca fejn tqieghdu l-kuruni.

It-Tlieta 10 u l-Erbgha 11 ta’ Novembru 2009:
Lejliet u nhar is-Solennita’ tal-103 Anniversarju mid-Dedikazzjoni tal-Knisja ta’ San Frangisk. Il-Kor Nativitas kanta l-Ewwel u t-Tieni Ghasar ta’ din is-Solennita’ u anima l-Koncelebrazzjoni ta’ lejliet u nhar il-festa li tmexxew mill-W.R. Patri Egidju Mizzi OFM Konv. u l-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi rispettivament.

Is-Sibt 21 ta’ Novembru 2009:
Lejliet il-Festa ta’ Santa Cecilja, patruna tal-muzicisti. Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-Ghaqda Kazini tal-Banda (Malta) sabiex janima l-Quddiesa Solenni ta’ din il-festa fil-Kon-Kattidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta. Il-Koncelebrazzjoni bdiet fil-5.30pm u ghaliha attendew numru kbir ta’ rapprezentanti mid-diversi Socjetajiet muzikali madwar il-gzira. Immedjatament wara li ntemmet il-Quddiesa, il-Banda Victory daqqet diversi marci brijuzi mat-toroq tal-belt kapitali ta’ Malta.

Bejn is-Sibt 28 ta’ Novembru u l-Hamis 3 ta’ Dicembru 2009:
Il-Kor Nativitas anima l-Quddies tan-Novena bi thejjija ghas-Solennita’ tat-Tnissil bla tebgha tal-Vergni Marija (il-Kuncizzjoni) iccelebrata fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria.


DICEMBRU 2009:

It-Tlieta 8 ta’ Dicembru 2009:
Jum is-Solennita’ ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni. F’din il-gurnata ta’ btala pubblika, sar l-Irtir tal-Kor Nativitas ghal Zmien l-Avvent. Dan l-irtir sar fil-Kappella ta’ Marija Annunzjata fil-limiti ta’ Kercem Ghawdex u tmexxa minn Dun Michael Curmi. Nirringrazzjaw lir-Rettur tal-kappella, il-W.R. Mons. Karm Borg, ta’ l-akkoljenza tieghu.

Il-Hadd 13 ta’ Dicembru 2009:
Solennita’ tat-78 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu. Fl-10.00am, il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Hajr lil Alla li tmexxiet mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi Ghawdxija.

It-Tlieta 15 ta’ Dicembru 2009:
L-Ewwel Jum tan-Novena tal-Milied. Il-Kor fetah din in-Novena billi anima l-Quddiesa Solenni li tmexxiet mill-W.R. Mons. George Bezzina, Kappillan Emeritus tal-Parrocca tal-Fontana, fil-Knisja ta’ San Frangisk.

Il-Hadd 20 ta’ Dicembru 2009:
Saret l-Ewwel Edizzjoni tal-Kuncert tal-Milied ‘The Glories of Christmas’ – produzzjoni tal-Kor Nativitas. Waqt dan il-Kuncert li beda fis-6.30pm fis-Sala “Dun Alwig Camilleri” fil-Kazin tal-Banda Victory, gew esegwiti diversi ghanjiet popolari u tradizzjonali ta’ Zmien il-Milied u bicciet strumentali. Id-direzzjoni muzikali kienet f’idejn is-Sinjura Silvana Agius. Ha sehem ukoll l-organista Ivan Attard. Kien hemm prezenza sodisfacenti mill-pubbliku. Ipprezenta s-serata s-Sur Tony Grech.

L-Erbgha 23 ta’ Dicembru 2009:
L-ahhar jum tan-Novena ta’ Gesu’ Bambin. Il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa Solenni ta’ dan l-ahhar jum tan-Novena fil-Knisja ta’ San Frangisk.

Il-Hamis 24 ta’ Dicembru 2009:
Lejliet is-Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Gesu’ Kristu. Fuq stedina tal-W.R. Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, il-Kor Nativitas anima l-Liturgija Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Milied. Fil-11.00pm beda servizz ta’ carol singing fis-Santwarju li ghalaq bl-esekuzzjoni tas-‘Sinfonia Pastorale’. Fil-11.30pm saret il-purcissjoni bix-xbieha ta’ Gesu’ Bambin, il-prietka tradizzjonali tat-tifel, il-Kant tas-Salmi ta’ l-Ufficcju tal-Qari, il-Kant tal-Glorja u f’nofs il-lejl beda l-Pontifikal Solenni ta’ Jum il-Milied li kien ippresedut mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus, flimkien mas-sacerdoti li jaqdu fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

Il-Gimgha 25 ta’ Dicembru 2009:
Jum il-Milied. Fid-9.15am il-Kor ta servizz ta’ kant ta’ ghanjiet tal-Milied fil-Knisja ta’ San Frangisk u fid-9.30am anima l-Koncelebrazzjoni Solenni li kienet immexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. flimkien mal-komunita’ Frangiskana ta’ beltna.

Is-Sibt 26 ta’ Dicembru 2009:
F’dan il-jum, il-Kor Nativitas inghaqad mal-ferghat kollha tas-Socjeta’ Filarmonika Victory u ta l-ahhar tislima misthoqqa lill-bandist Carmelo Vella (1938-2009). Carmelo kien ilu bandist regolari mal-Banda Victory sa mis-sena 1968 u kien ukoll membru tal-Kumitat Centrali. Huwa okkupa diversi karigi fosthom dik ta’ Assistent Direttur tal-Kazin u Delegat ghall-Bandisti. Fit-3.15pm il-Banda laqghet il-fdalijiet ta’ huna Carmelo f’tarf Vjal it-8 ta’ Settembru u akkumpanjatu bid-daqq ta’ marci funebri waqt korteo sal-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina. Fl-4.00pm bdiet Koncelebrazzjoni Solenni praesente cadavere li kienet animata mill-Kor Nativitas. Delegazzjoni mill-Kumitat akkumpanjat il-fdalijiet ta’ Carmelo Vella sac-Cimiterju Parrokkjali tax-Xaghra fejn saret id-difna.
Aktar tard matul il-jum, ghall-habta tas-6.30pm, il-Kor Nativitas ippartecipa waqt carol singing li sar fi Pjazza Indipendenza (it-Tokk) bhala parti mill-attivitajiet ta’ L-ISTRINA 2009 bil-ghan li jingabru fondi ghall-Malta Community Chest Fund.

Il-Hadd 27 ta’ Dicembru 2009:
Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret. Il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa ta’ din il-festa fil-Knisja ta’ San Frangisk.

L-Erbgha 30 ta’ Dicembru 2009:
Il-Kor anima l-Koncelebrazzjoni Solenni ta’ l-Ewwel Jum tal-Kwaranturi fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina (Xaghra) li kienet immexxija mill-W.R. Kan. Michael Galea.

Il-Hamis 31 ta’ Dicembru 2009:
L-Ahhar Jum tas-Sena Civili. Fis-6.30pm, il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Hajr lil Alla fi tmiem is-sena 2009 fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Ic-celebrazzjoni ntemmet bil-Kant Solenni tat-Te Deum bhala ringrazzjament ghall-grazzji kollha li xxerrdu fuqna matul din is-sena.
Nirringrazzjaw minn qalbna lil dawk kollha li ghenuna u tawna s-support taghhom matul is-sena 2009 biex stajna naghmlu success
fl-attivitajiet kollha li fihom konna mistiedna nippartecipaw!
Nawguraw li s-sena 2010 tkun sena ohra ta'
successi kbar ghall-Kor Nativitas!

No comments:

Post a Comment