Wednesday, 29 September 2010

Tithabbar ir-rizenja ta’ Silvana Agius minn Direttrici u membru tal-Kor: Il-Kor Nativitas b’Direttur muzikali gdid

Nhar it-Tlieta 28 ta’ Settembru 2010, thabbret b’mod ufficjali r-rizenja tas-Sinjura Silvana Agius minn Direttrici u membru attiv tal-Kor Nativitas. Din ir-rizenja fissret it-tmiem ta’ hdax-il sena ta’ storja ghall-Kor tal-Banda Victory u bidu ta’ kapitlu gdid f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ direzzjoni muzikali tal-istess Kor. Silvana Agius ilha taghti s-servizz taghha bhala Korista fil-Kor taghna ghal dawn l-ahhar hdax-il sena (jigifieri sa mis-sena 1999) u giet appuntata Direttrici tal-Kor Nativitas f’Gunju 2006 wara r-rizenja tad-Direttur precedenti, il-W.R. Dun Michael Curmi. Matul is-snin li ilha tmexxi dan il-Kor, gew mahluqa diversi inizjattivi li permezz taghhom il-Kor beda jinvolvi ruhu aktar f’diversi festi u celebrazzjonijiet li saru fil-gzira taghna. Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjawha tal-hidma taghha b’rizq il-Kor Nativitas.

Sadanittant, b’votazzjoni unanima, il-Kumitat tal-Banda Victory hatar lis-Sur Ivan Attard bhala d-Direttur il-gdid tal-Kor Nativitas. Is-Sur Attard ilu jaghti s-servizz tieghu bhala Assistent Direttur u organista ufficjali tal-istess Kor sa minn Jannar 2008. Il-hatra tieghu bhala Direttur tal-Kor mhi xejn ghajr turija ta’ fiducja li l-Kumitat ghandu fis-Sur Attard u b’sens ta’ apprezzament u rikonoxximent ghas-servizz kontinwu li hu jaghti lid-diversi ferghat tal-Banda tax-Xaghra. Minn qalbna, nifirhulu f’din il-kariga gdida u nawgurawlu kull success flimkien mal-Kor Nativitas. L-ewwel okkazjoni li fiha s-Sur Ivan Attard ser ikun qed jidderiegi l-Kor hija propju fit-Tridu Solenni f’gieh San Frangisk ta’ Assisi li jibda nhar il-Hamis 30 ta’ Settembru u jintemm nhar is-Sibt 2 ta’ Ottubru. Il-Quddiesa kantata tibda fis-6.30pm fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria.

AD MULTOS ANNOS!!

Saturday, 25 September 2010

Attivitajiet u Servizzi ghall-Kor Nativitas fil-gimghat li gejjin

Wara l-waqfa qasira mis-servizzi tal-Kor Nativitas biex kulhadd kellu l-opportunita' li jgawdi ftit hin ta' mistrieh, issa jmiss li nergghu immiddu ghonqna ghax-xoghol u nhejju rwieha ghas-servizzi li gejjin quddiemna matul ix-xahar ta' Ottubru. Dawn huma kif gej:

Bejn il-Hamis 30 ta' Settembru u s-Sibt 3 ta' Ottubru: Tridu f'gieh San Frangisk ta' Assisi.
6.30pm: Fil-Knisja ta' San Frangisk fil-Belt Victoria, Quddiesa Kantata bl-omelija dwar il-Fqajjar ta' Assisi.

It-Tlieta 12 ta' Ottubru:
7.00pm: Quddiesa kantata bhala parti mill-festa f'gieh Kristu Sultan tal-Holqien Kollu ccelebrata fil-Komunita' ta' Gesu' Nazzarenu fix-Xaghra.

It-Tnejn 25 ta' Ottubru: Jum il-112 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Banda Victory.
6.30pm: Quddiesa ta' radd il-hajr lil Alla fil-Knisja Bazilika ta' Marija Bambina.

Inheggu lil kulhadd sabiex jattendi ghal dawn l-attivitajiet taghna!

Friday, 10 September 2010

Sehem il-Kor fl-ahhar jiem tal-festa titulari ta' Marija Bambina

Bi sfortuna, din is-sena, il-festa titulari ta’ Marija Bambina kellha tigi ridotta meta kienet waslet fil-qofol taghha hekk kif dwiet l-ahbar tal-ispluzjoni tal-kamra tan-nar ta’ Farrugia Brothers fil-limiti tal-Gharb Ghawdex. Minn dawn il-kolonni, is-Socjeta’ Filarmonika Victory u l-ferghat taghha, fosthom il-Kor Nativitas, jixtiequ jesprimu sentimenti ta’ solidarjeta’ mal-familjari tas-sitt vittmi li halliet din l-ispluzjoni.

Minkejja din il-grajja, is-servizzi tal-Kor ippjanati ghall-ahhar jumejn tal-festa titulari gew esegwiti skont kif kien imhabbar. Ghaldaqstant, it-Tlieta 7 ta’ Settembru filghodu, rapprezentanza mill-Kor Nativitas kienet prezenti ghac-Cerimonja kommemorattiva li fakkret iz-Zewg Assedji ta’ Malta. Din ic-cerimonja bdiet fid-9.00am b’Koncelebrazzjoni mmexxija mill-W.R. Mons. Giovanni Bosco Gauci, Vigarju Generali tad-Djocesi taghna, u kienet segwita minn programm ta’ tifkira f’Misrah il-Vitorja. Zewg membri tal-Kor ipprezentaw kuruna f’riglejn il-pedestall-monument tal-Assedji armat f’Misrah il-Vitorja. Sew it-Tlieta u anke l-Erbgha filghaxija, il-Kor Nativitas flimkien mal-Banda Victory taw esekuzzjoni tajba tal-Innu Immortali ‘Hdejn in-Nieqa ta’ Marija’, versi tal-Kan. Kav. Dun Giljan Refalo Rapa u muzika tas-surmast celebri Mro. Vincenzo Ciappara. Delegazzjoni mill-Kor Nativitas ippartecipat ukoll fil-Purcissjoni-Pellegrinagg bl-istatwa inkurunata ta’ Marija Bambina b’talb specjali ghall-vittmi tat-tragedja tal-kamra tan-nar fl-Gharb.

Ghalkemm kulhadd xtaq li din il-festa tispicca fuq nota ferm aktar fortunata milli fil-fatt spiccat, l-amministrazzjoni centrali tal-Banda Victory u d-direzzjoni tal-Kor Nativitas jixtiequ jroddu hajr lil dawk kollha li tawhom is-sapport taghhom f’dawn il-jiem. Huma jgeddu l-impenn taghhom li jkomplu jahdmu id f’id flimkien ghall-gid tas-Socjeta’ u tar-rahal taghna tax-Xaghra!

Ir-ritratt li jidher huwa b'kortesija tas-Sur Lawrence Camilleri.



Il-Kor Nativitas isellem lil Mary Anne Xiberras

Fil-qalba tal-festa titulari f’gieh it-Twelid ta’ Ommna Marija Bambina, il-Kor Nativitas ta l-ahhar tislima xierqa lil wahda mill-ewwel membri tieghu – is-Sinjura Mary Anne Xiberras – li ttajret fi hdan il-Mulej nhar il-Hamis 2 ta’ Settembru 2010 fl-eta’ ta’ 62 sena. Mary Anne kienet wahda mill-koristi regolari u puntwali hafna fis-servizzi li kien ikollna. Il-familja taghha hija benefattrici tal-parrocca tax-Xaghra u tas-Seminarju Magguri tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’. Kien ghalhekk verament jixraq li, fuq xewqa tal-familjari taghha, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa tal-funeral li sar nhar it-Tnejn 6 ta’ Settembru.

F’dan il-jum, il-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Victory tajjar il-bandiera mezzasta b’tislima lil ex-membru tal-Kor tal-istess Socjeta’. Wara nofsinhar, fl-4.00pm, telaq il-korteo funebri mill-Isptar Generali ta’ Ghawdex ghal Vjal it-8 ta’ Settembru fejn it-tebut bil-fdalijiet ta’ ohtna Mananni gie milqugh minn Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien ma’ rapprezentanza tal-Kapitlu u l-Kleru tal-Parrocca. Matul il-korteo, zewg membri tal-Kor Nativitas garrew bukkett ward bhala sinjal ta’ apprezzament u tislima lil din ohtna li marret tiltaqa’ mal-Hallieq Divin. Il-Kor Nativitas, taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard, anima l-Liturgija tal-funeral bl-esekuzzjoni tal-Missa De Angelis u diversi innijiet ohra li jesprimu tama fil-hajja li ghad trid tigi; hajja li giet miksuba bir-rebha glorjuza ta’ Kristu fuq il-mewt. Ic-celebrazzjoni tal-funeral li, minhabba l-folla kbira ta’ nies prezenti, intemmet fis-6.00pm kienet segwita minn korteo lejn ic-cimiterju parrokkjali tax-Xaghra fejn saret id-difna b’mod privat.

REQUIEM IN AETERNAM, DONA EIS DOMINE

ET LUX PERPETUA LUCEAT EIS

Saturday, 4 September 2010

Kuncert Muzikali mill-aqwa fil-jiem tal-festa titulari ta' Marija Bambina


Nhar il-Gimgha 3 ta’ Settembru 2010, is-Socjeta’ Filarmonika Victory u l-Kor Nativitas zammew l-appuntament annwali taghhom mar-residenti Xaghrin u mad-dilettanti tal-baned u organizzaw ghal sena ohra l-Programm Vokali u Strumentali fl-okkazjoni tal-Festa titulari tat-Twelid ta’ Marija Bambina.Kienet okkazjoni sabiha hafna hekk kif rajna lill-Banda taghna tkompli tohrog bl-unuri u zzid mal-kullana ta’ successi li kisbet matul il-medda tas-snin li ilha mwaqqfa.


Bil-hidma kollettiva ta’ kulhadd – bandisti u membri tal-Kor – irnexxielna ntellghu Kuncert muzikali mill-aqwa li tana toghma tajba u imbuttatura qawwija biex issa nidhlu fil-qofol tal-jiem tal-festa titulari hekk kif ic-celebrazzjonijiet fil-Bazilika tax-Xaghra jilhqu l-massimu tas-solennita’ taghhom u jibdew isiru numru ta’ manifestazzjonijiet esterni bi briju kbir fit-toroq ewlenin tar-rahal. Taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM, il-Banda kienet kumpatta u l-membri tal-Kor kienu mhejjija sew biex stajna naghtu performance tajba lill-udjenza numeruza li ngabret tismaghna ghal din l-attivita’ principali tal-gurnata. Fir-rigward tal-Kor Nativitas, gew interpretati dawn is-siltiet muzikali: Amigos Para Sempre b’muzika tal-kompozitur celebri ta’ fama internazzjonali Andrew Lloyd Webber, l-Innu Marc ‘Ejjew Infahhru lil Alla’ fuq kompozizzjoni tas-Surmast Xaghri Mikiel Farrugia, l-Innu lil Ghawdex b’muzika tal-Professur Joseph Vella li fil-prezent huwa wkoll is-Surmast Direttur tal-Banda Cittadina La Stella u l-Innu Malti fi tmiem il-Kuncert.


Min-naha tal-Banda, gew esegwiti bosta bicciet muzikali mehudin minn diversimusicals li zgur m’ghandhom bzonn tal-ebda introduzzjoni mad-dilettanti ta’ dan il-generu ta’ muzika. Fost dawn, wiehed ta’ min isemmi L'Alba Novella ta' De Santis, We Are the World miktuba minn Michael Jackson b'arrangament muzikali tas-Surmast taljan Salvatore Mauro, Bossa Nova ta' Harold L. Waters, The Way We Were - kompozizzjoni ta' Marvin Hamlisch, Flamingo ta' Herb Alpert, One Moment in Time miktuba minn John Bettis b'arrangament muzikali ghall-Banda minn John Higgins, selection mill-opra Adriana Lecouvreur ta' F. Gilea u The Exodus Song miktuba minn Es Pat Boone u li ghamlet hit kbir fl-ewwel snin meta harget u ghadha popolari sal-lum. Il-folla numeruza li ngabret ghal dan il-Kuncert tat applawsi kontinwi u misthoqqa lill-bandisti tas-Socjeta’ u lill-membri tal-Kor Nativitas.


Waqt dan il-Kuncert, inghatat tislima lill-ex-bandist u ex-membru tal-Kumitat Centrali tas-Socjeta', is-Sur Carmel Vella, li ghadda ghal hajja ohra nhar l-Erbgha 23 ta' Dicembru 2009. Saru wkoll diskorsi qosra tal-okkazjoni mill-President tas-Socjeta', is-Sur Eucharist Sultana, u mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo, Protonotarju Apostoliku. Il-President tas-Socjeta' ta wkoll tifkira lill-Bandisti Joseph Bajada (fil-prezent Segretarju tal-Banda Victory) u Raymond Bonello fl-gheluq il-25 Anniversarju minn meta hargu jdoqqu ghall-ewwel darba mal-Banda tar-rahal taghna.


Is-servizz tal-Gimgha ntemm b’marc mill-istess Banda Victory minn Misrah il-Vitorja sas-sede tas-Socjeta’ fi Triq Marija Bambina fejn il-Kumitat Centrali offra riceviment lill-membri kollha tas-Socjeta’ b’turija ta’ apprezzament ghas-sapport ma jaqta’ xejn li huma jaghtu lill-Banda taghna matul is-sena. Ninsabu zguri li minghajr is-sostenn ta’ nies bhal dawn, il-Banda Victory u l-Kor Nativitas ma jkunux jistghu jkomplu jaghtu s-servizz taghhom kif qed jaghmlu fil-mument.


Peress li l-aggornament li jmiss fuq dan is-sit elettroniku jsir wara li tkun ghaddiet il-festa, ninqdew b’din l-okkazjoni biex minn qalbna nawgurawlkom FESTA QADDISA li tkompli tqarribna dejjem aktar lejn Ommna Marija Bambina. Inheggu lil dawk li joqoghdu f’irhula ohra sabiex jigu bi hgarhom ghall-festa taghna u maghna jgawdu dawn il-jiem sbieh li fihom naghtu kull tifhir, unur u glorja lil Sidtna Marija fit-Twelid glorjuz taghHA!


Bhalma diga' thabbar f'artiklu iehor fuq dan is-sit, nhar it-Tnejn 6 ta' Settembru huwa jum ta' luttu ghas-Socjeta' Filarmonika Victory u l-Kor Nativitas hekk kif ser tinghata l-ahhar tislima lil Mary Anne Sciberras li ghal diversi snin kienet korista regolari mal-Kor taghna u li ghaddiet ghall-hajja ta' dejjem nhar il-Hamis li ghadda. Il-korteo funebri jitlaq mill-Isptar Generali ta' Ghawdex fl-4.00pm u l-Koncelebrazzjoni praesente cadavere tibda fl-4.30pm fil-Bazilika ta' Marija Bambina.

Friday, 3 September 2010

Il-Kor Nativitas isellem lil wahda mill-ex-koristi tieghu li ghaddiet ghal hajja ohra

B’niket inhabbru l-mewt ta’ ohtna MARY ANNE SCIBERRAS li ghaddiet ghall-hajja ta’ dejjem fl-eternita’ nhar il-Hamis 2 ta’ Settembru 2010 fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex ikkonfortata bis-Sagramenti Mqaddsa fl-eta’ ta’ 62 sena.


Mary Anne kienet wahda mill-ewwel koristi li tat servizz lill-Kor Nativitas fil-bidu tieghu u kienet strumentali biex ma’ membri ohrajn, il-Kor seta’ jibda miexi ‘l quddiem. Il-membri tal-Kor Nativitas huma rikonoxxenti u grati hafna ghas-servizz li tat ohtna Mary Anne lil din il-fergha fi hdan is-Socjeta’ Filarmonika Victory. Huwa bix-xieraq ghalhekk li, fuq stedina tal-familjari ta’ ohtna Mary Anne, il-Kor Nativitas ser janima l-Quddiesa tal-funeral taghha li matulha naghtuha l-ahhar tislima minn qalbna.


Il-funeral ta’ ohtna Mary Anne ser isir nhar it-Tnejn 6 ta’ Settembru 2010. Il-korteo funebri jitlaq mill-Isptar Generali ta’ Ghawdex fl-4.00pm ghall-bidu ta’ Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fejn it-tebut jintlaqa’ mis-sacerdoti tal-parrocca u jimxi processjonalment lejn il-Bazilika ta’ Marija Bambina. Fl-4.30pm tibda l-Koncelebrazzjoni praesente cadavere mmexxija mill-W.R. Mons . Arcipriet Carmelo Refalo u animata mill-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard.


Aghtiha o Mulej, il-mistrieh ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilha,

tistrieh fil-paci. Amen!


Gesu’, Marija u Guzeppi, inhobbukom salvaw l-erwieh!

Wednesday, 1 September 2010

Il-Kor Nativitas janima l-Funeral ta' Gorg Caruana (1933-2010)

Fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina, nhar it-Tlieta 31 ta’ Awwissu 2010, inghatat l-ahhar tislima lil Gorg Caruana li ghadda ghall-hajja ta’ dejjem fl-eternita’ fl-eta’ ta’ 77 sena. Gorg huwa missier il-bandist Lawrence Caruana li jaghti servizz lis-Socjeta’ Filarmonika Victory fid-diversi servizzi muzikali li jkollha matul is-sena.


Fuq xewqa tal-familjari ta’ huna Gorg, il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa tal-Funeral li bdiet fil-5.30pm u li kienet immexxija mill-W.R. Mons . Arcipriet Carmelo Refalo flimkien ma’ numru sabih ta’ sacerdoti mill-parrocca taghna.Il-Kor esegwixxa l-Missa pro Defunctis, li hija l-Quddiesa Gregorjana miktuba ghal okkazjoni bhal din, flimkien ma’ diversi innijiet ohra marbuta mat-tama tal-qawmien ghall-hajja ta’ dejjem. Wara li ntemmet il-Quddiesa praesente cadavere, il-fdalijiet ta’ Gorg Caruana ittiehdu f’pellegrinagg lejn ic-cimiterju tal-parrocca tax-Xaghra fejn saret id-difna fil-qabar tal-familja.


Aghtih o Mulej il-mistrieh ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem

jiddi lilu, jistrieh fil-paci! Amen!