Saturday 4 September 2010

Kuncert Muzikali mill-aqwa fil-jiem tal-festa titulari ta' Marija Bambina


Nhar il-Gimgha 3 ta’ Settembru 2010, is-Socjeta’ Filarmonika Victory u l-Kor Nativitas zammew l-appuntament annwali taghhom mar-residenti Xaghrin u mad-dilettanti tal-baned u organizzaw ghal sena ohra l-Programm Vokali u Strumentali fl-okkazjoni tal-Festa titulari tat-Twelid ta’ Marija Bambina.Kienet okkazjoni sabiha hafna hekk kif rajna lill-Banda taghna tkompli tohrog bl-unuri u zzid mal-kullana ta’ successi li kisbet matul il-medda tas-snin li ilha mwaqqfa.


Bil-hidma kollettiva ta’ kulhadd – bandisti u membri tal-Kor – irnexxielna ntellghu Kuncert muzikali mill-aqwa li tana toghma tajba u imbuttatura qawwija biex issa nidhlu fil-qofol tal-jiem tal-festa titulari hekk kif ic-celebrazzjonijiet fil-Bazilika tax-Xaghra jilhqu l-massimu tas-solennita’ taghhom u jibdew isiru numru ta’ manifestazzjonijiet esterni bi briju kbir fit-toroq ewlenin tar-rahal. Taht id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Joseph Galea LCM, il-Banda kienet kumpatta u l-membri tal-Kor kienu mhejjija sew biex stajna naghtu performance tajba lill-udjenza numeruza li ngabret tismaghna ghal din l-attivita’ principali tal-gurnata. Fir-rigward tal-Kor Nativitas, gew interpretati dawn is-siltiet muzikali: Amigos Para Sempre b’muzika tal-kompozitur celebri ta’ fama internazzjonali Andrew Lloyd Webber, l-Innu Marc ‘Ejjew Infahhru lil Alla’ fuq kompozizzjoni tas-Surmast Xaghri Mikiel Farrugia, l-Innu lil Ghawdex b’muzika tal-Professur Joseph Vella li fil-prezent huwa wkoll is-Surmast Direttur tal-Banda Cittadina La Stella u l-Innu Malti fi tmiem il-Kuncert.


Min-naha tal-Banda, gew esegwiti bosta bicciet muzikali mehudin minn diversimusicals li zgur m’ghandhom bzonn tal-ebda introduzzjoni mad-dilettanti ta’ dan il-generu ta’ muzika. Fost dawn, wiehed ta’ min isemmi L'Alba Novella ta' De Santis, We Are the World miktuba minn Michael Jackson b'arrangament muzikali tas-Surmast taljan Salvatore Mauro, Bossa Nova ta' Harold L. Waters, The Way We Were - kompozizzjoni ta' Marvin Hamlisch, Flamingo ta' Herb Alpert, One Moment in Time miktuba minn John Bettis b'arrangament muzikali ghall-Banda minn John Higgins, selection mill-opra Adriana Lecouvreur ta' F. Gilea u The Exodus Song miktuba minn Es Pat Boone u li ghamlet hit kbir fl-ewwel snin meta harget u ghadha popolari sal-lum. Il-folla numeruza li ngabret ghal dan il-Kuncert tat applawsi kontinwi u misthoqqa lill-bandisti tas-Socjeta’ u lill-membri tal-Kor Nativitas.


Waqt dan il-Kuncert, inghatat tislima lill-ex-bandist u ex-membru tal-Kumitat Centrali tas-Socjeta', is-Sur Carmel Vella, li ghadda ghal hajja ohra nhar l-Erbgha 23 ta' Dicembru 2009. Saru wkoll diskorsi qosra tal-okkazjoni mill-President tas-Socjeta', is-Sur Eucharist Sultana, u mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo, Protonotarju Apostoliku. Il-President tas-Socjeta' ta wkoll tifkira lill-Bandisti Joseph Bajada (fil-prezent Segretarju tal-Banda Victory) u Raymond Bonello fl-gheluq il-25 Anniversarju minn meta hargu jdoqqu ghall-ewwel darba mal-Banda tar-rahal taghna.


Is-servizz tal-Gimgha ntemm b’marc mill-istess Banda Victory minn Misrah il-Vitorja sas-sede tas-Socjeta’ fi Triq Marija Bambina fejn il-Kumitat Centrali offra riceviment lill-membri kollha tas-Socjeta’ b’turija ta’ apprezzament ghas-sapport ma jaqta’ xejn li huma jaghtu lill-Banda taghna matul is-sena. Ninsabu zguri li minghajr is-sostenn ta’ nies bhal dawn, il-Banda Victory u l-Kor Nativitas ma jkunux jistghu jkomplu jaghtu s-servizz taghhom kif qed jaghmlu fil-mument.


Peress li l-aggornament li jmiss fuq dan is-sit elettroniku jsir wara li tkun ghaddiet il-festa, ninqdew b’din l-okkazjoni biex minn qalbna nawgurawlkom FESTA QADDISA li tkompli tqarribna dejjem aktar lejn Ommna Marija Bambina. Inheggu lil dawk li joqoghdu f’irhula ohra sabiex jigu bi hgarhom ghall-festa taghna u maghna jgawdu dawn il-jiem sbieh li fihom naghtu kull tifhir, unur u glorja lil Sidtna Marija fit-Twelid glorjuz taghHA!


Bhalma diga' thabbar f'artiklu iehor fuq dan is-sit, nhar it-Tnejn 6 ta' Settembru huwa jum ta' luttu ghas-Socjeta' Filarmonika Victory u l-Kor Nativitas hekk kif ser tinghata l-ahhar tislima lil Mary Anne Sciberras li ghal diversi snin kienet korista regolari mal-Kor taghna u li ghaddiet ghall-hajja ta' dejjem nhar il-Hamis li ghadda. Il-korteo funebri jitlaq mill-Isptar Generali ta' Ghawdex fl-4.00pm u l-Koncelebrazzjoni praesente cadavere tibda fl-4.30pm fil-Bazilika ta' Marija Bambina.

No comments:

Post a Comment