
F’dan il-jum, il-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Victory tajjar il-bandiera mezzasta b’tislima lil ex-membru tal-Kor tal-istess Socjeta’. Wara nofsinhar, fl-4.00pm, telaq il-korteo funebri mill-Isptar Generali ta’ Ghawdex ghal Vjal it-8 ta’ Settembru fejn it-tebut bil-fdalijiet ta’ ohtna Mananni gie milqugh minn Mons. Arcipriet Carmelo Refalo flimkien ma’ rapprezentanza tal-Kapitlu u l-Kleru tal-Parrocca. Matul il-korteo, zewg membri tal-Kor Nativitas garrew bukkett ward bhala sinjal ta’ apprezzament u tislima lil din ohtna li marret tiltaqa’ mal-Hallieq Divin. Il-Kor Nativitas, taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard, anima l-Liturgija tal-funeral bl-esekuzzjoni tal-Missa De Angelis u diversi innijiet ohra li jesprimu tama fil-hajja li ghad trid tigi; hajja li giet miksuba bir-rebha glorjuza ta’ Kristu fuq il-mewt. Ic-celebrazzjoni tal-funeral li, minhabba l-folla kbira ta’ nies prezenti, intemmet fis-6.00pm kienet segwita minn korteo lejn ic-cimiterju parrokkjali tax-Xaghra fejn saret id-difna b’mod privat.
REQUIEM IN AETERNAM, DONA EIS DOMINE
ET LUX PERPETUA LUCEAT EIS
No comments:
Post a Comment