Friday 3 September 2010

Il-Kor Nativitas isellem lil wahda mill-ex-koristi tieghu li ghaddiet ghal hajja ohra

B’niket inhabbru l-mewt ta’ ohtna MARY ANNE SCIBERRAS li ghaddiet ghall-hajja ta’ dejjem fl-eternita’ nhar il-Hamis 2 ta’ Settembru 2010 fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex ikkonfortata bis-Sagramenti Mqaddsa fl-eta’ ta’ 62 sena.


Mary Anne kienet wahda mill-ewwel koristi li tat servizz lill-Kor Nativitas fil-bidu tieghu u kienet strumentali biex ma’ membri ohrajn, il-Kor seta’ jibda miexi ‘l quddiem. Il-membri tal-Kor Nativitas huma rikonoxxenti u grati hafna ghas-servizz li tat ohtna Mary Anne lil din il-fergha fi hdan is-Socjeta’ Filarmonika Victory. Huwa bix-xieraq ghalhekk li, fuq stedina tal-familjari ta’ ohtna Mary Anne, il-Kor Nativitas ser janima l-Quddiesa tal-funeral taghha li matulha naghtuha l-ahhar tislima minn qalbna.


Il-funeral ta’ ohtna Mary Anne ser isir nhar it-Tnejn 6 ta’ Settembru 2010. Il-korteo funebri jitlaq mill-Isptar Generali ta’ Ghawdex fl-4.00pm ghall-bidu ta’ Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fejn it-tebut jintlaqa’ mis-sacerdoti tal-parrocca u jimxi processjonalment lejn il-Bazilika ta’ Marija Bambina. Fl-4.30pm tibda l-Koncelebrazzjoni praesente cadavere mmexxija mill-W.R. Mons . Arcipriet Carmelo Refalo u animata mill-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Ivan Attard.


Aghtiha o Mulej, il-mistrieh ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilha,

tistrieh fil-paci. Amen!


Gesu’, Marija u Guzeppi, inhobbukom salvaw l-erwieh!

No comments:

Post a Comment