Tuesday, 16 November 2010

Il-Kor Nativitas u s-Socjeta' Filarmonika Victory isellmu lill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi Ghawdxija

Nhar it-Tnejn 15 ta’ Novembru 2010 thabbret il-mewt tal-E.T. Mons. Nikol Guzeppi Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi ta’ Ghawdex, fl-eta’ ta’ 81 sena.


Mons. Cauchi twieled fl-Gharb Ghawdex nhar it-2 ta’ Marzu 1929. Sa minn eta’ zghira, Nikola dejjem wera x-xewqa li jsir sacerdot forsi anke minhabba l-fatt li missieru kien sagristan fil-Knisja Parrokkjali tal-Gharb u ghaldaqstant kien jghaddi hafna hin mieghu fil-Knisja biex jghinu fil-htigijiet ta’ kuljum. Biex ikompli jistudja din is-sejha ghall-qadi fil-Ministeru Sacerdotali, iz-zaghzugh Nikola beda l-istudji tieghu fis-Seminarju Magguri ta’ Ghawdex – kors ta’ studju ghal seba’ snin li eventwalment wasslu ghall-Ordinazzjoni Sacerdotali nhar id-29 ta’ Marzu 1952. Erba’ snin biss wara din il-grajja, Dun Nikola Cauchi gie mahtur Kappillan tal-Parrocca tal-Qalb ta’ Gesu’ fil-Fontana u kien ukoll assenjat sabiex jghallem il-Lingwa Taljana fis-Seminarju. Ghal diversi snin, Dun Nikola kien ukoll ghalliem tal-filosofija u s-socjologija fl-istess istituzzjoni.


Fl-1967, Dun Nikola Cauchi gie mahtur Isqof Awziljarju ta’ Ghawdex biex jassisti lill-Isqof ta’ dak iz-zmien, Mons . Guzeppi Pace, fil-htigijiet tad-Djocesi. Mons . Nikola ircieva l-Ordinazzjoni Episkopali tieghu fil-Knisja Katidrali ta’ Marija Assunta (Ghawdex) nhar id-9 ta’ April 1967 minn idejn l-E.T. Mons . Martin J. O Connor, Isqof titulari ta’ Laodicea u Nunzju Apostliku ghal Malta , assistit mill-E.T. Mons . Salvatore Nicolosi, Isqof ta’ Liparsi u l-E.T. Mons . Francesco Ricceri, Isqof ta’ Trapani . Fl-20 ta’ Lulju 1972, Mons . Nikol Cauchi gie mahtur Isqof ta’ Ghawdex. Huwa ghamel l-ingress solenni tieghu fil-Katidral u ha l-pussess tal-Kattedra Episkopali fil-Katidral ta’ Santa Marija nhar l-10 ta’ Settembru 1972.


Matul iz-zmien li ghadda bhala Amministratur Apostoliku u sussegwentament Isqof ta’ Ghawdex, Mons . Cauchi kien protagonist ewlieni f’diversi grajjiet kbar li sawru l-istorja tal-parrocca tax-Xaghra. Fl-1967, wara snin ta’ qtiegh il-qalb, Mons . Nikola Cauchi jitla’ Ruma u jgib minnhekk it-titlu ta’ BAZILIKA lill-Knisja Kolleggjata ta’ Marija Bambina. Dan it-titlu gie akkwistat sforz it-tahbit tieghu wara diversi konsultazzjonijiet li saru ma’ diversi ghaqdiet fil-parrocca. L-ahbar tal-ghoti tal-Bazilika thabbret lill-poplu tax-Xaghra nhar id-29 ta’ Awwissu 1967, l-ewwel jum tan-Novena tal-Bambina, minn Mons. Mikielang Xerri, dak iz-zmien Kancillier tal-Kurja Djocesana. Il-poplu tax-Xaghra laqa’ bil-ferh din l-ahbar u organizza carcarde kbir biex jaghti merhba lill-E.T. Mons . Nikol G. Cauchi mal-wasla tieghu lura f’Ghawdex.


Fl-1972, Mons. Nikol Cauchi ta l-kunsens tieghu biex, f’gheluq il-mitt sena mill-wasla tal-istatwa titulari ta’ Marija Bambina f’Ghawdex minghand id-ditta Galard et Fils ta’ Marsilja (Franza), din l-istess xbieha tigi sollennament inkurunata fil-prezenza ta’ diversi prelati u membri gholjin tal-awtoritajiet civili u ekklezjastici. Il-gurnata maghzula ghal din il-grajja kienet il-Hadd 2 ta’ Settembru 1973. Mons . Nikola Cauchi jibqa’ mfakkar b’ghozza kbira mill-poplu Xaghri ghal din il-grajja unika li tibqa’ tigi mfakkra bil-kbir ta’ kull sena u li ssigillat darba ghal dejjem ir-rabta li hemm bejn Marija Bambina u l-poplu li jghammar f’dan ir-rahal.

Nhar is-26 ta’ Novembru 2005 thabbar li l-Q.T. Papa Benedittu XVI kien accetta r-rizenja ta’ Mons . Nikol Cauchi minn Isqof ta’ Ghawdex u kien qed jahtar lil Dun Mario Grech, dakinhar Kappillan ta’ Kercem, bhala l-Isqof il-gdid tad-Djocesi taghna. Din l-ahbar fissret it-tmiem ta’ epoka twila ta’ 38 sena ghall-Knisja f’Ghawdex. Nhar il-Hadd 15 ta’ Jannar 2006, Mons . Nikola Cauchi iccelebra Koncelebrazzjoni Pontifikali ta’ Radd il-Hajr lil Alla ghall-grazzji msawwba fuq id-Djocesi taghna tul iz-zmien li hu dam imexxina bhalma raghaj imexxi l-merhla tieghu. Ghal din il-Quddiesa li nzammet fil-Katidral ta’ Marija Assunta, kien hemm prezenti diversi rapprezentanti tal-awtoritajiet civili u ekklezjastici flimkien ma’ prezenza qawwija ta’ sacerdoti u poplu Ghawdxi li flimkien raddew hajr lil Alla ghal dan il-Ministeru Episkopali li gie afdat f’idejn Mons . Nikola Cauchi. Gimgha wara dan l-avveniment, ezattament nhar il-Hadd 22 ta’ Jannar 2006, Festa liturgika ta’ San Pubbliju – l-ewwe Isqof ta’ Malta , Mons . Nikol Cauchi mexxa l-Ordinazzjoni Episkopali tas-successur tieghu, Mons . Mario Grech, assistit mill-E.T. Mons . Guzeppi Mercieca, dak iz-zmien Arcisqof ta’ Malta u l-E.T. Mons . Felix del Blanco Prieto, dak iz-zmien Nunzju Apostoliku ghal Malta .


Is-Socjeta' Filarmonika Victory flimkien mal-Kor Nativitas u l-ferghat l-ohra kollha tal-istess Socjeta' jixtiequ jwasslu l-kondoljanzi lill-familjari tal-E.T. Mons. Nikola Cauchi u lill-Knisja f'Ghawdex li llum hija iltima ghax tilfet lil wiehed mill-missirijiet spiritwali taghha. Ghaldaqstant, nhar l-Erbgha 17 ta' Novembru 2010, il-jum li fih ser tinghata l-ahhar tislima lil Mons. Isqof Nikola Cauchi, is-Socjeta' qed tiddikjarah bhala JUM TA' LUTTU bil-bnadar fuq il-kazin jittajru mezzasta. Is-Socjeta' ser tkun ukoll rapprezentata fil-funeral ta' Mons. Isqof Nikola Cauchi li ser isir fil-Knisja Katidrali ta' Marija Assunta u jibda fit-3.30pm. Il-Quddiesa ser titmexxa mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech assistit mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona, l-E.T. Mons. Annetto Depasquale, l-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca, l-E.T. Mons. Tommaso Caputo u diversi sacerdoti Ghawdxin u Maltin. Mons. Cauchi ser jindifen fil-Katidral stess, fil-Kappella tal-Kurcifiss tal-Agonizzanti fejn jinsab il-bust ta' Sant'Ursola, patruna ta' Ghawdex.


AGHTIH O MULEJ IL-MISTRIEH TA' DEJJEM ID-DAWL TA' DEJJEM JIDDI LILU, JISTRIEH FIL-PACI! AMEN!


No comments:

Post a Comment