Saturday 13 November 2010

Imfakkar il-104 Anniversarju mid-Dedikazzjoni tal-Knisja ta’ San Frangisk


Nhar l-Erbgha 10 u l-Hamis 11 ta’ Novembru 2010, il-Kor Nativitas inghaqad mal-komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria fic-celebrazzjoni solenni tal-104 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ San Frangisk. Ta’ min jghid li l-Anniversarju tad-Dedikazzjoni hija l-akbar festa li ghandha l-Knisja proprja ghax tfakkar il-jum solenni li fih Alla beda jghammar fil-bini permezz tad-dilka tal-hitan u l-artal biz-zejt imqaddes.


Il-funzjonijiet liturgici ta’ dawn il-jumejn kienu jikkonsistu fil-Kant tas-Salmi tal-Ghasar segwit minn Koncelebrazzjoni Solenni li tmexxiet mill-Gwardjan Patri Gorg Attard u mill-Provincjal Patri Samuel Chetcuti rispettivament. Kif inhi t-tradizzjoni f’din il-festa, gew incensati t-tnax-il salib tal-Konsagrazzjoni li jfakkruna fit-tnax-il Appostlu li fuq it-taghlim taghhom hija mibnija l-Knisja ta’ Kristu.

No comments:

Post a Comment