Thursday 4 November 2010

Jitfakkru l-membri mejtin tas-Socjeta’ Filarmonika Victory

Nhar l-Erbgha 3 ta’ Novembru 2010 saret it-tifkira tas-Surmastrijiet, bandisti, membri, socji u benefatturi mejtin tal-Banda Victory. Din hija talba annwali li ssir mill-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory maghqud mad-diversi ferghat fi hdan l-istess Banda. Peress li din is-sena ghadha kemm giet inawgurata l-estensjoni l-gdida tac-cimiterju parrokkjali tax-Xaghra, din ic-celebrazzjoni hadet zvolta differenti.

Fis-6.00pm telaq pellegrinagg ta’ talb bir-Ruzarju minn fuq iz-zuntier tal-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina ghac-cimiterju parrokkjali. Dan il-pellegrinagg tmexxa mill-W.R. Kan. Dun Guzepp Cini, Assistent Direttur Spiritwali tas-Socjeta’. Mal-wasla fic-cimiterju ghall-habta tas-6.30pm, saret Quddiesa kantata de requiem fil-Kappella ta’ Marija Addolorata f’dan ic-Cimiterju. Prezenti ghal din ic-celebrazzjoni kien hemm il-membri tal-Kumitat Centrali u xi bandisti. Il-Kor Nativitas anima din ic-celebrazzjoni funebri fejn esegwixxa diversi innijiet liturgici.

Ic-cerimonja ta’ kommemorazzjoni giet fi tmiemha bi tqeghid ta’ bukketti fuq l-oqbra ta’ xi Surmastrijiet, Diretturi Spiritwali u bandisti midfuna f’dan ic-Cimiterju.

No comments:

Post a Comment