Sunday, 27 June 2010

Ad multos annos mill-Kor Nativitas!

Il-hmistax-il anniversarju mill-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Patri Michael Attard OFM Konv. gie mfakkar permezz ta’ Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria nhar is-Sibt 26 ta’ Gunju 2010 fis-6.30pm.


Patri Michael, iben il-parrocca tax-Xaghra, gie ordnat sacerdot minn idejn l-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi nhar l-24 ta’ Gunju 1995 fil-Knisja Katidrali ta’ Marija Assunta. Huwa ssieheb mal-Frangiskani Konventwali u ghal diversi snin qeda l-ministeru sacerdotali tieghu bhala Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria.


Dan is-sacerdot u religjuz habrieki fl-ghalqa tal-Mulej xtaq li jfakkar dan l-anniversarju tal-Ordinazzjoni tieghu flimkien mal-komunita’ ta’ San Frangisk imdawwar mill-familjari u bosta hbieb. Il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex janima l-Liturgija tal-Quddiesa ta’ Radd il-Hajr lil Alla. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa l-Missa Cantate Domino ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi flimkien ma’ diversi innijiet religjuzi fosthom ‘L-Ispirtu tal-Mulej qed jistrieh fuqi’ (M. Frisina), is-salm responsorjali tal-Quddiesa, ‘Tkun Imbierek Mulej’, ‘Jiena Sid is-Sema w l-Art’ u l-innu popolari tal-Immakulata Kuncizzjoni ‘Lejna Hares’.


Ahna nawguraw lil dan is-sacerdot u nixtiequlu minn qalbna
AD MULTOS ANNOS!!

Wednesday, 23 June 2010

Il-Kor Nativitas jippartecipa fil-Festa tal-Anniversarju tas-Sejha tal-Madonna ta' Pinu

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Gunju 2010, fil-Knisja Bazilika u Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fil-limiti tal-Gharb Ghawdex, giet iccelebrata s-Solennita’ tal-127 Anniversarju mis-Sejha tal-Madonna lil Carmela Grima u lil Frangisk Portelli. Din il-grajja li sehhet fl-1883 kabbret il-popolarita’ tas-Santwarju u ghamlitu oasi ta’ spiritwalita’ Marjana fejn bosta pellegrini Ghawdxin, Maltin u anke barranin jidhlu fil-kappella tal-Madonna biex fis-skiet, jirriflettu dwar Alla u l-misteri tal-fidi taghna.

Din is-sena wkoll, gie mfakkar b’mod solenni l-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru titulari tal-Assunzjoni ta’ Marija meqjum b’tant ghozza f’dan is-Santwarju, l-istess kwadru li minnu l-Vergni Marija semmghet lehinha liz-zewg kompajzani taghna. L-Inkurunazzjoni tal-Kwadru saret fl-20 ta' Gunju 1935 mill-Kardinal Alessio Maria Lepicier, Legat tal-Papa Piju XII. Fost l-attivitajiet li saru biex ifakkru dawn iz-zewg anniversarji importanti, nhar it-Tlieta 22 ta’ Gunju, jum il-festa titulari, gie ccelebrat Pontifikal Solenni mill-E.T. Mons . Guzeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus ta’ Malta, bis-sehem ta’ diversi sacerdoti u religjuzi minn Malta u Ghawdex. L-animazzjoni tal-kant kienet mill-Kor Nativitas taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni tal-Bazilika mill-organista Ivan Attard. Gew esegwiti bosta innijiet Marjani ghal din l-okkazjoni flimkien mal-Quddiesa Gregorjana De Angelis alternata bejn il-Kor u l-kongregazzjoni migbura ghal din ic-celebrazzjoni ta’ radd il-hajr lil Alla. Il-Pontifikal li beda fit-8.00pm intemm ghall-habta tad-9.15pm u kien segwit minn Siegha Adorazzjoni Ewkaristika fis-skiet sakemm fl-10.15pm giet recitata t-Talba ta’ Gheluq il-Jum u inghatat l-Barka Sagramentali li ghalqet dawn il-festi f’gieh il-Madonna ta’ Pinu.

L-impenji tal-Kor Nativitas fis-Santwarju tal-Madonna ikomplu matul l-Erbghat bi thejjija ghas-Solennita’ tal-Ghid tal-Assunta li niccelebraw mal-Knisja kollha nhar il-Hadd 15 ta’ Awwissu 2010. Kull nhar ta’ Erbgha, il-Kor janima l-Quddiesa tal-5.30pm li tkun imxandra wkoll fuq Radju Marija.

Tuesday, 15 June 2010

Il-Kor Nativitas fil-Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova

Il-Kor Nativitas ippartecipa fil-Festa devota ta’ Sant’Antnin li tigi ccelebrata fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fir-Rabat Ghawdex. Peress li din is-sena l-festa liturgika tal-Qaddis inzertat fil-jum tal-Hadd, il-Komunita’ Frangiskana trasferiet il-jum propju tal-festa ghat-Tlieta 15 ta’ Gunju 2010.

Bejn il-Gimgha 11 u l-Hadd 13 ta’ Gunju 2010 saru tlett ijiem ta’ Tridu Solenni bil-prietki dwar il-Qaddis ta’ Padova mill-W.R. Kan. Mikiel Borg, Rettur tal-komunita’ ta’ Marsalforn. Il-Quddiesa tal-ahhar Jum tat-Tridu kienet animata mill-Kor Nativitas li kien taht id-direzzjoni tal-Assistent Direttur Ivan Attard.

F’jum il-festa tal-Qaddis, nhar it-Tlieta 15 ta’ Gunju 2010, il-Kor anima l-Quddiesa Solenni tal-5.00pm bis-sehem tat-tfal. Din ic-celebrazzjoni Ewkaristika kienet preseduta mill-E.T. Mons . Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna u fiha huwa wassal messagg attwali lit-tfal numeruzi li ngabru ghal din il-Quddiesa. Il-Kor interpreta numru sabih ta’ innijiet religjuzi fosthom l-Innu popolari ‘O tal-Mirakli’ li ghandu gheruq sodi fost il-Frangiskani. Il-Kor kien taht id-direzzjoni tal-Assistent Direttur Ivan Attard.


Il-Kor Nativitas janima s-Sibtijiet tal-Bambina

Matul din is-sena, il-parrocca tax-Xaghra qed tfakkar b’festi specjali l-2025 Anniversarju mit-Twelid ta’ Marija Bambina, patruna taghna. Ghal dan il-ghan, is-Sibtijiet bi thejjija ghall-festa titulari li jibdew fil-bidu ta’ Gunju qed jiehdu xejra aktar solenni u jinkludu l-Konsagrazzjoni tal-familji kollha li ghandna fix-Xaghra.

Il-Kor Nativitas gie mistieden mill-W.R. Mons . Arcipriet Carmelo Refalo sabiex janima dawn is-Sibtijiet ta’ devozzjoni. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor qed jinterpreta numru sabih ta’ innijiet Marjani li jikkumplimentaw l-iskop principali ta’ din id-devozzjoni, jigifieri li nitghallmu nixbhu lil Marija Bambina fil-virtujiet sbieh taghha. Matul iz-zewg Sibtijiet li ghaddew, il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat fuq l-orgni minn Christian Bajada.


Sunday, 6 June 2010

Il-Kor Nativitas janima l-Liturgija Solenni ta' Corpus Domini


Nhar il-Hadd 6 ta’ Gunju 2010, il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni tas-Solennita’ tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta diversi Innijiet Ewkaristici fosthom ‘Lil Gesu’ Ostja’, ‘Biex Insir Ewkaristija’ u ‘Il-Hobz tal-Hajja’ fost l-ohrajn.

Il-Festa tal-Korpus twaqqfet mill-Papa Urbanu IV bil-ghan li tinghata qima solenni lil Gesu’ prezenti haj fis-Sagrament tal-Ewkaristija Imqaddsa.

Sunday, 30 May 2010

Servizzi tal-Kor Nativitas ghal matul ix-xahar ta' Gunju 2010

Il-Kor Nativitas ser janima diversi servizzi liturgici matul ix-xahar ta' Gunju 2010. Qeghdin ingibu dettalji ta' dawn is-servizzi ghall-beneficcju taghkom:

L-Erbgha 2 ta' Gunju 2010: Il-Hames Erbgha f'gieh l-Assunzjoni tal-Vergni Marija.
5.30pm: Quddiesa kantata fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.

Il-Hadd 6 ta' Gunju 2010: Solennita' tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej (il-Korpus).
9.30am: Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta' San Frangisk immexxija minn Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita'.

L-Erbgha 9 ta' Gunju 2010: Is-Sitt Erbgha f'gieh l-Assunzjoni tal-Vergni Marija.
5.30pm: Quddiesa kantata fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.

It-Tlieta 15 ta' Gunju 2010: Tifkira liturgika ta' Sant'Antnin ta' Padova fil-Knisja ta' San Frangisk.
5.00pm: Quddiesa solenni bis-sehem tat-tfal immexxija mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna, li fiha jinghata messagg dwar Sant'Antnin lit-tfal prezenti.

L-Erbgha 16 ta' Gunju 2010: Is-Seba' Erbgha f'gieh l-Assunzjoni tal-Vergni Marija.
5.30pm: Quddiesa kantata fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.

It-Tlieta 22 ta' Gunju 2010: Festa Solenni tal-127 Anniversarju mis-Sejha tal-Madonna ta' Pinu lil Carmela Grima.
8.00pm: Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus tal-Arcidjocesi ta' Malta, bis-sehem tas-sacerdoti u r-religjuzi ta' Malta u Ghawdex.

L-Erbgha 23 ta' Gunju 2010: It-Tmien Erbgha f'gieh l-Assunzjoni tal-Vergni Marija.
5.30pm: Quddiesa kantata fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.

Is-Sibt 26 ta' Gunju 2010:
6.30pm: Fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria), Koncelebrazzjoni Solenni ta' Radd il-Hajr lil Alla f'gheluq il-hmistax-il anniversarju mill-Ordinazzjoni Sacerdotali ta' Patri Michael Attard OFM Konv., eks-Gwardjan tal-komunita'. Imexxi Patri Michael Attard bis-sehem ta' numru ta' religjuzi Ghawdxin u Maltin.

L-Erbgha 30 ta' Gunju 2010: Id-Disa' Erbgha f'gieh l-Assunzjoni tal-Vergni Marija.
5.30pm: Quddiesa kantata fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu.

Inheggukom sabiex tinghaqdu flimkien mal-Kor ghal dawn ic-celebrazzjonijiet liturgici matul ix-xahar ta' Gunju.

Iccelebrata s-Solennita’ tat-Trinita’ Qaddisa

Nhar il-Hadd 30 ta' Mejju 2010, il-Knisja Universali ccelebrat is-Solennita' tat-Trinita' Qaddisa - il-qima ta' wiehed mill-akbar misteri tal-Fidi Nisranija: Alla wiehed fi Tliet Persuni.

Il-Kor Nativitas iccelebra din il-festa mal-Komunita' Frangiskana tal-Belt Victoria billi anima l-Koncelebrazzjoni tad-9.30am li kienet immexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta l-Quddiesa Gregorjana De Angelis flimkien mal-Innu 'Tifhir lill-Hallieq taghna' li huwa l-innu ta' tifhir lit-Trinita' Qaddisa flimkien ma' diversi innijiet liturgici ohra.

Tuesday, 25 May 2010

Il-Kor Nativitas ikanta fis-Solennita’ ta’ Ghid il-Hamsin

Nhar il-Hadd 23 ta’ Mejju 2010, il-Knisja Universali ghalqet Zmien il-Ghid permezz tas-Solennita’ tal-Inzul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli. Din hija t-tieni l-ikbar festa li ghandha l-Knisja u tigi ccelebrata hamsin jum fuq is-Solennita’ tal-Ghid il-Kbir. Il-Kor Nativitas anima l-Quddiesa Koncelebrata tad-9.30am fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria .

Kif kien verament jixraq ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta diversi innijiet liturgici li huma marbuta mal-Ispirtu s-Santu fosthom ‘L-Ispirtu tal-Mulej qed jistrieh fuqi’, ‘Dawk li jmexxihom l-Ispirtu’, ‘L-Ispirtu ta’ Kristu qed jigri jinxtered fuq l-art’, ‘Inhoss l-Ispirtu riesaq lejja’, ‘Spirtu Qaddis tal-Mulej’ ecc. Il-Quddiesa kienet immexxija mill-Gwardjan Patri George Attard OFM Konv. filwaqt li l-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni ta’ Silvana Agius u akkumpanjat bl-orgni mill-organista Ivan Attard.

Sunday, 9 May 2010

Il-Kor Nativitas fil-Knisja taz-Zejt

Ghat-tieni sena konsekuttiva, il-Kor Nativitas ippartecipa fil-Festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna lil Santa Elizabetta ccelebrata fil-Knisja maghrufa bhala ‘Taz-Zejt’ biswit ic-Cimiterju Parrokkjali tal-Gharb. Meta l-Gharb twaqqaf Parrocca fl-1679, din il-Knisja helwa serviet bhala l-ewwel Knisja Parrokkjali ta’ din il-Parrocca sakemm inbniet Knisja akbar li, aktar tard, giet mghollija ghad-dinja ta’ Kolleggjata u Bazilika Minuri.

Is-Sibt 8 ta’ Mejju, lejliet il-Festa, il-Kor anima l-Quddiesa tal-4.30pm li kienet immexxija mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi taghna. Waqt din il-Quddiesa, il-Kor interpreta l-Missa Cantate Domino ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi u diversi innijiet Marjani b’rabta mal-okkazjoni ta’ din il-festa. Ic-celebrazzjoni tal-festa ntemmet bit-talb tal-Kurunella lil Ommna Marija tal-Vizitazzjoni, Barka Sagramentali u bews tar-relikwija. Fi tmiem il-funzjoni, il-koristi kienu mistiedna ghal riceviment zghir fis-sagristija tal-Knisja.

Ahna nirringrazzjaw lil Dun Akille Cauchi, ir-Rettur tal-Knisja, ghall-istedina li ghogbu jaghmlilna sabiex nanimaw il-Quddiesa ta’ lejliet il-Festa.


Thursday, 6 May 2010

Jinghata Bidu ghall-Erbghat ta’ Santa Marija fis-Santwarju ta’ Pinu

Nhar l-Erbgha 5 ta’ Mejju 2010 inghata bidu ghad-devozzjoni popolari tal-hmistax-il Erbgha bi thejjija spiritwali ghas-Solennita’ tat-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija. Dawn id-devozzjonijiet ikunu ccelebrati b’solennita’ fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu fil-limiti tal-Gharb Ghawdex. Din is-sena, din id-devozzjoni qed tiehu forma partikolari peress li s-Santwarju qed ifakkar il-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna ta’ Pinu (1935 – 2010) u l-Ghoti tal-Warda tad-Deheb li l-Q.T. Papa Benedittu XVI offra lill-Madonna ta’ Pinu matul iz-zjara tieghu fostna fit-18 ta’ April li ghadda.

Fuq stedina tar-Rettur tas-Santwarju il-W.R. Dun Gerard Buhagiar, il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex jippartecipa u janima bil-kant il-Quddiesa tal-5.30pm li tkun ukoll imxandra b’mod dirett fuq Radju Marija. Il-Quddiesa tal-Ewwel Erbgha kienet Koncelebrazzjoni li tmexxiet mill-E.T. Mons . Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus ta’ Ghawdex. Il-Kor interpreta diversi innijiet Marjani fosthom l-innu ‘Lejn is-Santwarju ta’ Pinu’, lirika ta’ Dun Gerard Buhagiar u muzika tas-Sur Joe Formosa . L-Erbghat tal-Madonna jilhqu l-qofol taghhom nhar is-Sibt 14 ta’ Awwissu permezz tac-Celebrazzjoni tal-Vgili tal-Ghid tal-Assunta.

Il-Kor izomm l-appuntament tieghu fl-Erbghat tal-Madonna matul l-Erbghat li gejjin fil-Quddiesa tal-5.30pm.