
Ghaldaqstant, is-Sibt 18 ta' April, il-Kor Nativitas anima c-celebrazzjoni ta' lejliet il-festa li kienet tikkonsisti f'Quddiesa kantata li tmexxiet minn Patri Joe Scerri OFM Konv. Il-Quddiesa bdiet fis-6.30pm. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor zanzan l-innu tal-Hniena Divina fuq kliem u muzika tas-Sur Joe Aquilina. Nirringrazzjaw pubblikament lis-Sinjorina Marianne Pace, il-persuna inkarigata mill-Appostolat tal-Hniena Divina f'Malta, li ghogobha tghaddilna dan l-innu sabih b'tifhir lil Santa Fawstina u l-messagg li kien rivelat lilha. Il-Kor kanta l-Quddiesa Cantate Domino ta' Mro. Giuseppe Oltrasi.
L-ghada l-Hadd 19 ta' April, il-Kor Nativitas anima c-celebrazzjoni ta' Jum il-festa li kienet tikkonsisti f'Koncelebrazzjoni Solenni li bdiet fil-5.00pm u li giet ippreseduta mill-W.R. Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita'. Il-Komunita' Frangiskana fahhret il-mod ta' kif giet animata l-liturgija f'dawn il-jiem festivi. Ahna nirringrazzjaw lill-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria tal-fiducja li juru fil-Kor taghna hekk li jistednuna nkantaw f'hafna mill-festi liturgici li jiccelebraw fil-Knisja taghhom. F'dawn iz-zewg okkazjonijiet, il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni tas-Sinjura Silvana Agius u l-Assistent Direttur u Organista Ivan Attard. Ir-ritratti ta' dawn l-attivitajiet ser ikunu imtella fuq dan is-sit appena jaslulna.
No comments:
Post a Comment