Ilbierah l-Erbgha 29 ta' April inghata bidu ghall-Festa Solenni ta' San Guzepp, ir-Ragel Gust ta' Marija Vergni, Patrun Universali tal-Knisja Kattolika u l-Kompatrun tal-Parrocca tax-Xaghra. Il-Festa ta' San Guzepp hija wahda ghaziza hafna u tmur lura ghal mijiet kbar ta' snin. Infatti, din is-sena (2009) qeghdin infakkru gheluq il-500 sena minn meta l-jum tad-19 ta' Marzu beda jkun osservat f'Malta bhala Jum ta' Solennita' f'gieh San Guzepp b'festi organizzati mill-Arci-Konfraternita' ta' San Guzepp fir-Rabat ta' l-Imdina. Minhabba li l-festa liturgika ta' Marzu dejjem tahbat fiz-zmien penitenzjali tar-Randan u gieli anke sahansitra fil-Gimgha Mqaddsa, il-komunita' parrokkjali tax-Xaghra trasferiet il-festa Guzeppina ghall-Ewwel Hadd ta' Mejju ta' kull sena. Ghaldaqstant, ilbierah l-Erbgha, kien l-Ewwel Jum tat-Tridu.
Fuq stedina ta' l-Arcipriet Mons. Carmelo Refalo, il-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory ha sehem u anima l-Liturgija Solenni ta' dan l-Ewwel Jum tat-Tridu li kienet preseduta mill-W.R. Kan. Dun Gwann Sultana, Rettur tal-Knisja ta' Sant'Anton Abbati, flimkien mas-sacerdoti Kan. Kantur Dun Anton Refalo Zammit, Kan. Tezorier Dun Gorg Farrugia, Kan. Dun Mario Borg (li ghamel ukoll il-prietka ta' l-okkazjoni) u Dun Guzepp Cini. Fl-Introjtu tal-Koncelebrazzjoni, il-Kor Nativitas sellem lill-Kbir Patrijarka San Guzepp bl-innu popolari tieghu Lil San Guzepp, kompozizzjoni tas-Surmast Mikiel Farrugia. Waqt ic-celebrazzjoni, il-Kor kanta l-Quddiesa Cantate Domino ta' Mro. Giuseppe Oltrasi; Quddiesa bi stil mexxej u tal-widna. Fl-offertorju, indaqq l-innu Noffrulek Mulej bil-parti tas-solo nterpretata minn Jessica Rae Bonello, membru attiv tal-Kor Nativitas. Fit-tqarbin Imqaddes, indaqq l-Innu Ewkaristiku Ave Verum Corpus - dan l-innu liturgiku tkanta mill-mezzo-sopran u direttrici tal-Kor, Silvana Agius, bl-akkumpanjament muzikali fuq l-orgni l-kbir tal-Bazilika ta' Marija Bambina mill-organista Ivan Attard (Ass. Direttur). Waqt il-Koncelebrazzjoni tat-Tridu, saret ukoll il-vestizzjoni ta' numru sabih ta' fratelli godda ghat-tliet Fratellanzi li ghandha l-parrocca tax-Xaghra jigifieri l-Fratellanza ta' San Guzepp, tal-Madonna tar-Ruzarju u tas-Santissimu Sagrament.
Malli ntemmet il-Quddiesa Solenni, sar it-talb tal-Kurunella lil San Guzepp, tkantat l-Antifona Exsurgens Josef (tas-Surmast Nazzareno Refalo) u inghatat il-Barka Sagramentali mill-W.R. Kan. Dun Gorg Farrugia. Ta' min jghid li qabel il-Barka, il-Kor Nativitas interpreta t-Tantum Ergo solenni ta' G. Caruana. Fi tmiem ic-celebrazzjoni, il-Kor rega' sellem lil San Guzepp bil-kant ta' l-Innu Popolari.
Intant, il-Kor Nativitas ghandu servizz iehor b'rabta mal-festa ta' San Guzepp fix-Xaghra. Dan is-servizz ser ikun nhar il-Hadd li gej, 3 ta' Mejju, u jibda ghall-habta tas-7.00pm xhin tohrog il-purcissjoni devota bl-istatwa tal-Kompatrun taghna San Guzepp mill-Kolleggjata-Bazilika ta' Marija Bambina. Mal-hrug tal-purcissjoni, il-Kor Nativitas isellem lil San Guzepp bil-kant ta' l-Innu Popolari bl-akkumpanjament muzikali tas-Socjeta' Filarmonika Victory li tkompli timmarcja fil-purcissjoni bid-daqq ta' marci religjuzi. Il-Banda Victory tkun taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Joseph Galea LCM.
Inheggu lil kulhadd biex jattendi u mill-gdid,
nawguraw il-festa t-tajba lill-Guzeppini Xaghrin kollha!
No comments:
Post a Comment