Tuesday, 14 April 2009

Success ghall-Kor Nativitas fil-Gimgha Mqaddsa 2009






















Irridu nistqarru li sa mit-twaqqif tal-Kor Nativitas f’Gunju 1999, il-Gimgha Mqaddsa ta’ din is-sena kienet l-aktar wahda impenjattiva.

Ic-celebrazzjonijiet principali fethu b’attivita’ religjuza li saret ghall-ewwel darba. Nhar it-Tlieta 31 ta’ Marzu, btala pubblika, gie organizzat Irtir ta’ zmien ir-Randan ghall-membri kollha tal-Kor. Dan l-irtir gie organizzat fil-Kappella ta’ l-Irtiri li tinsab taht is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fil-limiti ta’ l-Gharb Ghawdex. L-Irtir kien immexxi mill-W.R. Dun Injazju Borg, Kappillan tal-Parrocca ta’ San Lawrenz u delegat ta’ Mons. Isqof ghal-Liturgija. It-tema kienet “Il-Kant fil-Liturgija tat-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid.” Kienu mumenti tassew sbieh ta’ fraternita’ bejn il-membri tal-Kor Nativitas – saret diskussjoni tajba hafna dwar is-sinifikat tat-Tridu Paskwali u qsim ta’ esperjenzi. L-attivita’ giet fi tmiemha billi l-Kor anima l-Quddiesa tas-6.30pm fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu.

Il-festi tal-Gimgha Mqaddsa bdew nhar il-Hadd 5 ta’ April bis-Solennita’ ta’ Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej. Il-Gwardjan tal-Komunita’ ta’ San Frangisk, Patri Gorg Attard OFM Konv., stieden lill-Kor Nativitas sabiex janima l-Koncelebrazzjoni Solenni ta’ dan il-jum li bdiet fid-9.30am. Qabel il-Quddiesa, il-Kor anima wkoll il-purcissjoni bil-frieghi tal-palm u z-zebbug li saret fi Pjazza San Frangisk. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor kanta l-Quddiesa Gregorjana De Angelis u zanzan innu gdid bl-isem “Innu lis-Salib”, bil-lirika mehuda mil-Liturgija tas-Sighat u muzika ta’ l-Assistent Direttur tal-Kor Ivan Attard.

Wara s-success miksub mill-Kor Nativitas fic-celebrazzjoni tal-Festi Centinarji f’gieh il-Konverzjoni ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl fil-Knisja tieghu f’Marsalforn Ghawdex f’Jannar li ghadda, ir-Rettur il-W.R. Kan. Dun Michael Borg stieden lill-Kor sabiex janima bil-kant il-Liturgija Solenni tat-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid il-Kbir li beda nhar il-Hamis 9 ta’ April filghaxija, bic-celebrazzjoni tat-Tifkira Solenni ta’ l-Ahhar Ikla tal-Mulej. Il-Koncelebrazzjoni Solenni bdiet fis-6.00pm u kienet ippreseduta mill-Kappillan Kan. Dun Michael Borg. Skont kif titlob il-Liturgija ta’ Hamis ix-Xirka, ic-celebrazzjoni kienet wahda festiva. Il-Kor Nativitas kanta l-Quddiesa Gregorjana De Angelis. Lejn l-ahhar tal-Quddiesa, saret it-translazzjoni solenni tas-Santissimu Sagrament mill-Altar Maggur ghall-Altar tar-Repozizzjoni, armat b’mod tassew originali u artistiku minn grupp ta’ voluntiera fin-nava tax-xellug tal-Knisja, waqt li l-Kor kanta l-Innu Ewkaristiku Aghti Lsien l-Oghla Fohrija. Ic-celebrazzjoni f’Marsalforn intemmet fit-8.00pm u kienet segwita mill-Vizti Tradizzjonali tas-Sepulkru.

Hija drawwa qadima tal-Knisja li f’jum il-Gimgha l-Kbira ma jigix iccelebrat Quddies. L-unika funzjoni li ssir hija dik ta’ l-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes. Fil-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn, din l-azzjoni liturgika bdiet fl-4.00pm. Kienet funzjoni tassew sabiha li ghaliha attendew bosta nies, fosthom residenti f’Marsalforn u numru sabih ta’ Maltin li kienu qeghdin fostna ghall-btajjel ta’ l-Ghid. Waqt li l-kongregazzjoni telghet sa fuq il-presbiterju sabiex taghti l-qima taghha lis-Salib ta’ Kristu, il-Kor Nativitas kanta l-innijiet Poplu, Innu lis-Salib, u Ahfirli Gesu’. Kien hemm atmosfera serena ta’ gabra u talb fis-skiet. Il-funzjoni intemmet bir-rit tat-Tqarbin Imqaddes u kollox spicca fis-5.50pm.

L-aqwa lejl fil-kalendarju liturgiku tal-Knisja Kattolika huwa l-lejl tal-Vgili Solenni ta’ l-Ghid il-Kbir. Din hija l-itwal u l-isbah celebrazzjoni li ghandha l-Knisja. Il-funzjoni fil-Knisja ta’ Marsalforn bdiet fit-8.00pm u kienet ippreseduta mill-Kappillan Kan. Dun Michael Borg, Rettur tal-Komunita’. Ic-celebrazzjoni bdiet bit-tberik tan-nar il-gdid u l-mixeghla tal-blandun hdejn il-bieb principali tal-Knisja. Dritt wara, giet ipproklamata b’mod solenni t-Thabbira ta’ l-Ghid. Segwew is-seba’ lezzjonijiet tat-Testment il-Gdid bir-ritornelli tas-Salmi Responsorjali kantati kollha. Tkantat il-Gloria in Excelsis Deo (Missa Cantate Domino) u nqraw il-lezzjonijiet tal-Quddiesa. Wara l-omelija tac-celebrant, saret il-Liturgija tat-Tberik ta’ l-Ilma u segwiet il-Liturgija Ewkaristika. Il-Kor Nativitas ghamel prestazzjoni tajba hafna u kellu kliem ta’ tifhir minn dawk kollha prezenti ghall-mod sabih li bih gew kantati l-innijiet kollha ta’ din ic-celebrazzjoni. Il-funzjoni kemmxejn twila giet fi tmiemha fl-10.35pm. Dritt wara, il-Kappillan Kan. Dun Michael Borg organizza agape fl-annexe tal-Knisja ghal dawk kollha prezenti waqt li l-qniepen elettronici mill-kampnar tal-Knisja daqqew moti twal ta’ ferh biex ihabbru l-Qawmien mill-Mewt ta’ Sidna Gesu’ Kristu – l-ikbar festa fil-kalendarju liturgiku tal-Knisja Kattolika Rumana.

L-impenji tal-Kor Nativitas fil-Gimgha Mqaddsa 2009 gew fi tmiemhom nhar il-Hadd 12 ta’ April, Solennita’ ta’ l-Ghid il-Kbir. Fid-9.30am, il-Kor Nativitas tas-Socjeta’ Filarmonika Victory anima l-Koncelebrazzjoni Solenni ta’ Hadd il-Ghid fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria. Il-Quddiesa tmexxiet minn Patri Gorg Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita’ Frangiskana ta’ beltna. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor kanta l-Quddiesa Cantate Domino ta’ Mro. Giuseppe Oltrasi. Qabel mar ghal din il-Quddiesa, il-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory offra figolla tradizzjonali ta’ l-Ghid lid-Diretturi u lill-membri tal-Kor Nativitas bhala awguri sincieri u turija ta’ apprezzament ghall-hidma li huma jwettqu matul is-sena biex ikomplu jghollu ‘l fuq l-isem tas-Socjeta’ Filarmonika Victory – l-ewwel banda mwaqqfa fl-irhula Ghawdxin.

Bhal dejjem, matul dawn il-funzjonijiet tat-Tridu Imqaddes ta’ l-Ghid, il-Kor Nativitas kien taht id-direzzjoni tas-Sinjura Silvana Agius (Direttrici) u l-Assistent Direttur u organista Ivan Attard.

L-impenn li jmiss huwa fil-festa tal-Hniena Divina li ser tkun iccelebrata fil-Knisja ta’ San Frangisk (Belt Victoria) nhar is-Sibt li gej, 18 ta’ April. Il-Koncelebrazzjoni tal-festa tibda fis-6.30pm.
Ir-ritratti li jidhru huma bil-kortesija ta' JJP Zammit. Aktar ritratti jittellghu appena jaslulna. Grazzi.

No comments:

Post a Comment