Thursday, 16 April 2009

Illum jahbat ezattament l-GHAXAR ANNIVERSARJU mit-twaqqif tal-Kor Nativitas

Illum il-Hamis 16 ta' April 2009 jahbat ezattament l-ghaxar anniversarju minn meta saret l-ewwel laqgha ghal dawk it-tfajliet u nisa li xtaqu jiffurmaw parti mill-Kor 'il-gdid' tas-Socjeta' Filarmonika Victory. Dan ifisser li llum il-Kor Nativitas jaghlaq ghaxar snin imwaqqaf - ghaxar snin ta' hidma kontinwa minn dawk kollha nvoluti fl-organizazzjoni ta' dan il-grupp femminili li qed ikompli jgholli 'l fuq isem il-Banda Victory, il-banda ewlenija fl-irhula Ghawdxin, u fuq kollox isem ir-rahal tax-Xaghra li ahna tant nghozzu.

Minn dan is-sit elettroniku, nixtiequ nsellmu lis-Sur Michael Cini, President Emeritus tas-Socjeta' Filarmonika Victory, u lill-W.R. Dun Michael Curmi, l-ewwel direttur muzikali tal-Kor, ghad-dedikazzjoni li wrew fl-ewwel snin tal-Kor Nativitas u ghall-hsieb taghhom biex jitwaqqaf dan il-Kor. Dan l-anniversarju specjali li qed infakkru llum u ser inkomplu niffesteggjaw fix-xhur li gejjin jixprunana biex inkomplu nahdmu ghall-gid tal-Banda taghna halli isem il-lokalita' taghna jibqa' joghla 'l fuq u jinzamm fuq wicc l-idejn.


HAPPY BIRTHDAY LILL-KOR NATIVITAS!!



STORJA TAL-KOR NATIVITAS



Kienet ilha tberren f’mohh il-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory (A.D. 1898) tax-Xaghra Ghawdex li jitwaqqaf Kor femminili bil-ghan li jakkumpanja l-Banda tar-rahal taghna fid-diversi servizzi li jkollha matul is-sena. Din l-idea saret realta’ fis-sena 1999 bil-hidma tal-President ta’ dak iz-zmien, is-Sur Michael Cini, bl-approvazzjoni tal-Kumitat Centrali. Il-Kor twaqqaf ufficjalment nhar il-Gimgha 16 ta’ April 1999 permezz ta’ laqgha li saret fil-Kazin tas-Socjeta’ Filarmonika Victory fi Triq Marija Bambina ghal dawk kollha li gew avvicinati biex jaghtu s-sehem taghhom f’dan il-‘progett’ ta’ fejda ghall-Banda taghna. In-numru ta’ dawk li attendew ma kienx daqstant kbir. Mhux l-istess jista’ jinghad madankollu ghall-gurnata meta saret it-tieni laqgha, jigifieri nhar il-Gimgha 14 ta’ Mejju 1999. Din id-darba, in-numru kien tassew inkoragganti u kien juri li hemm futur sabih ghal dan il-Kor li nghata l-isem ta’ Nativitas biex jaghti gieh lit-Twelid ta’ Marija Bambina li lilha l-parrocca tax-Xaghra hija dedikata.

Problema kbira li dehret kienet it-tmexxija ta’ dan il-kor gdid. Il-Kumitat avvicina liz-zaghzugh Michael Curmi li, ghalkemm kien mghobbi bi studji u ezamijiet avvanzati, mill-ewwel accetta li jidderiegi dan il-Kor. F’Gunju 1999, bdew il-Kuncerti muzikali ghall-membri tal-Kor Nativitas. Dan il-Kor gdid ghamel l-ewwel prestazzjoni ufficjali tieghu nhar l-1 ta’ Settembru 1999 fil-Kuncert annwali li ttella’ s-Socjeta’ Filarmonika Victory fil-jiem tal-festa titulari ta’ Marija Bambina fuq il-plancier f’Misrah il-Vitorja. Is-sena 1999 tibqa’ mnizzla b’annali tad-deheb fl-istorja tal-lokalita’ taghna ghax dakinhar gew iccelebrati festi kbar fl-okkazjoni tal-25 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni ta’ l-Istatwa Titulari ta’ Marija Bambina li baqghu mmarkati biz-zjara fostna ta’ l-Eminenza tieghu l-Kardinal Edmund Casimir Szoka. Bosta kienu dawk li kellhom kliem ta’ tifhir ghall-mod kif gew interpretati l-bicciet muzikali mill-Kor fil-kuncert tal-festa.

Dan kien il-bidu tal-Kor Nativitas. Il-Kor baqa’ miexi ‘l quddiem bla ma qatt hares lura. Bhala Assistenta Direttici tal-Kor, inhatret is-Sinjorina Sylvana Bonello. Matul is-snin, il-Kor ghamel diversi dehriet mhux biss fil-parrocca tax-Xaghra imma anke fi knejjes ohrajn, fosthom il-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali fil-Belt Victoria u l-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fix-Xlendi. L-ghan principali tal-Kor kien li jakkumpanja lis-Socjeta’ Filarmonika Victory waqt il-Programm Vokali u Strumentali li ttella’ kull sena fl-okkazjoni tal-festa titulari ta’ Marija Bambina, ikanta l-Innu l-Kbir “Hdejn in-Nieqa ta’ Marija” lejliet u nhar il-festa titulari (7 u 8 ta’ Settembru) u jippartecipa fil-Programm funebri li ttella’ l-Banda Victory fi zmien il-Gimgha Mqaddsa. B’daqshekk, ma kienx ifisser li l-Kor ma jistabbilix ruhu bhala Kor religjuz li jippartecipa f’diversi celebrazzjonijiet liturgici. Matul is-snin, il-Kor Nativitas zanzan Quddiesa b’zewg vucijiet Missa in Honorem Nativitas Reginae Victoriae miktuba mid-Direttur Michael Curmi.

Il-Kor Nativitas ippartecipa fil-programmi muzikali kollha li tellghet is-Socjeta’ Filarmonika Victory sew fil-jiem tal-festa titulari ta’ Marija Bambina u anke fil-jiem tal-Gimgha Mqaddsa. Nhar il-Hadd 3 ta’ Frar 2002, il-Kor kien protagonist principali fl-Akkademja Muziko-Letterarja li ttellghet fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina f’gieh il-W.R. Mons. Mikelang Apap fl-okkazjoni ta’ l-irtirar tieghu minn Direttur Spiritwali tas-Socjeta’ wara 40 sena ta’ hidma dizinteressata b’rizq l-ewwel banda mwaqqfa fl-irhula Ghawdxin. Sena u nofs wara, ezattament nhar is-Sibt 22 ta’ Novembru 2003 (festa ta’ Santa Cecilja, patruna tal-muzicisti), il-Kor Nativitas ha sehem fil-Programm Muzikali li organizzat il-Banda Victory tax-Xaghra biex tfakkar l-ghaxar anniversarju mill-hatra ta’ Mro. Joseph Galea LCM bhala Surmast Direttur ta’ l-istess Socjeta’ Filarmonika.

F’Settembru 2006, il-Kor Nativitas tas-Socjeta’ Filarmonika Victory ra bidla fid-direzzjoni tieghu. Nhar il-Gimgha 27 ta’ Gunju 2006, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof Djocesan, mexxa l-Ordinazzjoni Djakonali ta’ Rev. Michael Curmi, Direttur tal-Kor Nativitas. Minhabba l-impenji akkademici li ggib maghha l-ahhar sena ta’ formazzjoni fis-Seminarju Magguri, id-Djaknu Michael Curmi kellu jinfatam mill-Kor li tant habb u li ghalih iddedika 7 snin minn hajtu bhala Direttur Muzikali. Il-Kumitat Centrali hatar lis-Sinjura Sylvana Agius bhala d-Direttrici l-gdida tal-Kor, kariga li hija ghadha zzomm sal-lum. F’Jannar 2008, il-Kumitat tas-Socjeta’ Filarmonika Victory hatar lis-Sur Ivan Attard bhala Assistent Direttur u organista ufficjali tal-Kor Nativitas; kariga li ghadu jzomm sal-gurnata tal-lum. Matul dawn is-snin, il-Kor kompla jaghmel diversi prestazzjonijiet fi knejjes u parrocca Ghawdxin. F’Jannar 2009, huwa ghamel l-ewwel debut tieghu fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu f’Marsalforn (fuq stedina tar-Rettur il-W.R. Dun Michael Borg) fl-okkazjoni tal-Festi Centinarji adunur l-Appostlu Missierna San Pawl fis-Sena Pawlina. Fil-festi tal-Milied ta’ kull sena, fuq stedina tar-Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, il-W.R. Dun Gerard Buhagiar, il-Kor Nativitas janima l-Ewkaristija Solenni tal-lejl tal-Milied li tibda fil-11.00pm b’Carol Singing u l-Koncelebrazzjoni Pontifikali li tkun immexxija mill-E.T. Mons. Nikol G.Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi Ghawdxija.

Fis-sena 2009, il-Kor Nativitas qed jiccelebra kif inhu xieraq l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tieghu. Kienu ghaxar snin ta’ hidma bla waqfien minn dawk kollha involuti fl-organizazzjoni ta’ dan il-Kor li qed jaghmel unur lis-Socjeta’ Filarmonika Victory u lir-rahal tax-Xaghra. Fit-12 ta’ April 2009, Hadd l-Ghid il-Kbir, il-Kor Nativitas inawgura s-sit elettroniku tieghu; http://kornativitas.blogspot.com/. Kull min jixtieq aktar taghrif u informazzjoni dwar il-Kor Nativitas, ghandu jcempel il-Kazin tal-Banda Victory fi Triq Marija Bambina fuq in-numru tat-telefon 21 556835 jew inkella lid-Diretturi fuq il-mobile numbers 99420879 (Silvana) u 79284444 (Ivan).


Dan huwa l-ewwel artiklu fis-sensiela ta' artikli informattivi li ser nippubblikaw f'din is-sena specjali ghall-Kor Nativitas. Inheggukom sabiex izzommu ruhkom aggornati b'dak kollu li jkun qed jigri fil-gimghat u x-xhur li gejjin. Grazzi.



No comments:

Post a Comment