Sunday 12 April 2009

MERHBA F"DAN IS-SIT ELETTRONIKU GDID


Gheziez qarrejja ta' dan is-sit elettroniku,


naghtukom merhba f'dan il-blog tal-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory tax-Xaghra Ghawdex. F'dan il-jum tal-Hadd 12 ta' April 2009, meta l-Knisja Kattolika qed ticcelebra s-Solennita' tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet (li hija l-akbar festa fil-kalendarju liturgiku taghha), qeghdin ninawguraw dan is-sit bil-ghan li nkomplu naghtu l-importanza li tisthoqq lill-Kor Nativitas li aktar ma jghaddu l-granet u x-xhur, aktar qed isir popolari fis-servizzi li jaghti waqt ic-celebrazzjonijiet liturgici f'diversi parrocci u knejjes Ghawdxin.


Kienet ilha tberren f'mohhna l-idea li fid-dinja teknologika li fiha qeghdin nghixu, ikollna servizz elettroniku biex ngharrfu lilkom il-qarrejja dwar is-servizzi li jkollna matul is-sena. Illum, din l-idea saret realta'. Peress li dan huwa sit bi prova li ghadu fl-ewwel ftit sighat tieghu, nixtiequ li intom ukoll tibaghtu l-kummenti u s-suggerimenti taghkom biex kemm jista' jkun dan is-sit jilhaq l-ghanijiet principali li ghalihom twaqqaf.


Qeghdin f'sena specjali ghall-Kor taghna - qeghdin niccelebraw propju l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Nativitas. F'Gunju 1999, iz-zaghzugh Michael Curmi (illum sacerdot li jinsab jaqdi l-ministeru pastorali tieghu fl-Italja) ghamel l-ewwel provi tal-kant ghall-membri ta' dan il-Kor. Tul dawn l-ghaxar snin, il-Kor Nativitas qatt ma hares lura imma baqa' miexi 'l quddiem. Nixtieq f'isem id-Direttrici tal-Kor, nghid GRAZZI mill-qalb lill-membri kollha ta' dan il-Kor li jaghmlu sagrificcji kbar biex ikunu jistghu jattendu ghall-provi preparatorji li jsiru regolarment kull gimgha fil-Kazin tas-Socjeta' Filarmonika Victory u ghad-dedikazzjoni taghhom meta nkunu mistiedna nkantaw waqt xi celebrazzjoni liturgika.


Fil-jiem li gejjin, ser naghtukom taghrif dwar l-impenji li kellna mill-bidu ta' din is-sena sa issa u nzommukom infurmati dwar l-attivitajiet li ser ikollna fil-gimghat u x-xhur li gejjin. Ser niddedikaw ukoll pagna ghall-istorja tal-Kor. Nittamaw li dan ikun sit interessanti hafna li jghin sabiex wiehed japprezza dejjem aktar ix-xoghol li jaghmlu dawk kollha nvoluti fil-Kor Nativitas tas-Socjeta' Filarmonika Victory tax-Xaghra Ghawdex.


Nixtieq minn qalbi nawgura l-kumplament ta' l-Ghid it-Tajjeb lil kulhadd!


Ivan Attard

Assistent Direttur.

No comments:

Post a Comment