Friday, 16 October 2009

Il-Kor Nativitas janima l-Liturgija tal-Festa tal-Madonna tas-Sahha


Nhar l-Erbgha 14 ta’ Ottubru, fil-Knisja ta’ San Frangisk fil-Belt Victoria, giet iccelebrata l-festa f’gieh il-Madonna, Sahha tal-Morda. Din hija festa ghaziza fil-kalendarju tal-knejjes u l-komunitajiet Frangiskani.

Id-devozzjoni marbuta ma’ din il-festa hija popolari hafna fil-Knisja ta’ San Frangisk tar-Rabat li fiha hemm insibu meqjum kwadru tal-Madonna wisq meqjuma mill-Maltin. Dan il-kwadru juri lill-Madonna b’idejha ma’ xulxin, migbura fis-skiet u qieghda titlob. Din ix-xbieha giet moghtija l-isem ta’ “Madonna tas-Sahha” mill-Maltin u inkurunata nhar l-4 ta’ April 1948 b’digriet tal-Kapitlu tal-Vatikan. Id-devozzjoni popolari xterdet imbaghad fil-knejjes Frangiskani kollha.

Fil-Knisja ta’ San Frangisk, ta’ kull sena, issir din il-festa fil-jum liturgiku taghha, jigifieri fl-14 ta’ Ottubru. Din is-sena, il-festa saret bis-sehem shih tal-Kor Nativitas. Fis-6.00pm inghad ir-Ruzarju segwit mill-Kurunella u talb iehor bl-intercessjoni tal-Vergni Marija tas-Sahha. Il-funzjoni ntemmet bil-Barka Sagramentali. Fis-6.30pm inghata bidu ghal Quddiesa kantata bil-prietka ta’ l-okkazjoni li tmexxiet minn Patri Joe Scerri. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor esegwixxa numru sabih ta’ innijiet Marjani fosthom “Lil Marija Regina”, “Gejt quddiemek nitlob” u “Fahhru mieghi lill-Mulej”, flimkien mal-‘Missa Pastorale’ tas-Surmast Nazzareno Refalo.


No comments:

Post a Comment