Thursday, 22 October 2009

Tifkira tal-111 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Banda Victory (1898 - 25 ta' Ottubru - 2009)

Nhar il-Hadd 25 ta’ Ottubru 2009, is-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra Ghawdex ser tfakkar il-111 Anniversarju mit-twaqqif taghha. Il-Banda Victory hija l-akbar u l-eqdem ghaqda li nsibu fir-rahal taghna.

Fi tmiem is-seklu dsatax, ir-rahal tax-Xaghra kien ghaddej minn attivita’ partikolari, cioe’ l-Casa Pia Industriale. Din twaqqfet fi zmien il-parrokat ta’ l-ewwel Arcipriet, Dun Guzepp Diacono. Il-Banda bl-isem La Vittoria taf il-bidu taghha lil numru sabih ta’ zghazagh li wrew ix-xewqa taghhom lill-Arcipriet Diacono f’Settembru tas-sena 1898 u jidher li dawn iz-zghazagh kellhom lis-Surmast Malti Eduardo Farina li kien jaqla’ l-ghajxien tieghu billi jdur l-irhula ta’ Ghawdex flimkien ma’ wiehed Ghawdxi mlaqqam “Ta’ Garella” jbiegh xi hwejjeg zghar. Darba minnhom, “Ta’ Garella” waqaf jitkellem ma’ certu wiehed Karmnu mix-Xaghra li kien dilettant kbir tal-festa. Bla ebda telf ta’ zmien, Karmnu resaq fuq l-Arcipriet Diacono u wrieh dan il-hsieb li dlonk inghogob. Dawn iz-zghazagh talbu lill-Arcipriet Diacono sabiex ihallihom jaghmlu uzu mid-Dar Industrijali ghall-provi u l-kuncerti tal-banda u b’hekk din id-dar serviet bhala l-lokal tal-Banda “La Vittoria”. Il-Banda tax-Xaghra twaqqfet formalment fil-jum glorjuz tal-25 t’Ottubru, 1898 u kienet l-ewwel banda mwaqqfa fl-irhula Ghawdxin. Din is-Socjeta’ Filarmonika ghamlet success f’qasir zmien u kellha 120 membru fejn daqqet ghall-ewwel darba fil-purcissjoni ta’ San Guzepp tax-Xaghra fl-1899 u fil-festa titulari ta’ l-istess sena. Madankollu, fil-festa tal-Madonna tar-Ruzarju, f’Ottubru 1906, inqala’ dizgwid fil-kumitat u l-Banda kellha tieqaf hesrem. Fis-sena 1934, twaqqfet ghall-ewwel darba l-ghaqda tal-Boy Scouts fix-Xaghra. Wara numru ta’ diskussjonijiet u hsieb sabiex din l-ghaqda jkollha l-banda taghha, f’dik l-istess sena, regghet ghat-tieni darba twaqqfet il-Banda tar-rahal taghna, din id-darba bl-isem tal-Banda Victory. Matul il-medda taz-zmien, is-Socjeta’ Filarmonika Victory kienet immexxija minn diversi surmastrijiet ta’ hila, fosthom is-Surmast Mikiel Farrugia (1934 – 1960), Joseph Camilleri A.MusLCM (1960 – 1971), Nazzareno Refalo (1971 – 1977), Anton Bonnici (1977 – 1993) u Joseph Galea LCM (1993 – prezent). Is-Socjeta’ Filarmonika Victory torganizza esklussivament zewg kuncerti kbar matul is-sena li huma l-Kuncert ta’ muzika sagra fil-jiem tal-Gimgha Mqaddsa (generalment Lejliet Hadd il-Palm) fil-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina u l-Programm Vokali u Strumentali li jittella’ fil-jiem tal-festa titulari fuq il-plancier f’Misrah il-Vitorja (generalment isir nhar l-4 ta’ Settembru). Bejn is-snin 1958 u 1967, is-Socjeta’ mexxiet it-talba biex il-Kolleggjata ta’ Marija Bambina tigi mghollija ghad-dinjita’ ta’ Bazilika minn idejn il-Q.T. Papa Piju VI fuq insistenza ta’ l-E.T. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi. Is-sena 1994 tibqa’ mnizzla b’ittri kbar tad-deheb fl-annali tas-Socjeta’ minhabba l-mawra taghha fil-Kanada u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, liema zjara kienet saret bejn id-19 ta’ Settembru u t-3 t’Ottubru. F’Settembru 1999, il-Banda Victory hadet sehem fil-festi specjali li saru mill-parrocca tax-Xaghra biex ifakkru l-25 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni ta’ l-istatwa titulari ta’ Marija Bambina fil-prezenza tal-Em. T. il-Kardinal Edmund Casimir Skoza. Bejn is-Sibt 29 ta’ April u l-Erbgha 3 ta’ Mejju 2006, il-Banda Victory hadet sehem fil-Festi Cinkwantenarji li fakkru l-hamsin anniversarju minn meta s-Socjeta’ Filarmonika Leone irregalat l-istatwa artistika u devota ta’ Marija Assunta lill-Knisja Katidrali. Matul dawn l-ahhar snin, kompla ghaddej xoghol ta’ manutenzjoni u modernizzar tal-Kazin li jinsab fi Triq Marija Bambina.

Dan l-anniversarju ser ikun imfakkar b’QUDDIESA SOLENNI TA’ RINGRAZZJAMENT LIL ALLA fil-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta’ Marija Bambina – Xaghra nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru fis-6.30pm. Il-Quddiesa ser tkun immexxija mill-W.R. Mons. Arcipriet Carmelo Refalo bis-sehem tal-W.R. Kan. Giljan Refalo Rapa, Direttur Spiritwali tas-Socjeta’ u l-W.R. Dun Michael Curmi, l-ewwel Direttur tal-Kor. Il-Quddiesa tkun animata mill-Kor Nativitas u bis-sehem shih tal-ferghat kollha tas-Socjeta’.

Id-dettalji tal-Quddiesa u ritratti jinghataw il-gimgha d-diehla.

No comments:

Post a Comment