Saturday, 3 October 2009

Issir l-Ikla ta' ringrazzjament ghall-bandisti u l-membri tal-Kor

Nhar il-Hamis 1 ta’ Ottubru, il-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ Filarmonika Victory organizza l-Ikla annwali ta’ ringrazzjament lill-bandisti u lill-membri tal-Kor Nativitas ghall-partecipazzjoni taghhom fid-diversi servizzi li kellha l-Banda taghna matul ix-xhur tas-Sajf, b’mod partikolari fl-istagun tal-festi Ghawdxin. Is-servizzi tal-Banda matul is-Sajf kienu numeruzi tant li l-Banda hadet sehem f’dawn il-festi: il-festa tan-Nawfragju ta’ San Pawl iccelebrata fil-Parrocca tal-Munxar, il-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ fil-Parrocca tal-Fontana, il-festa ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl fin-Nadur, il-festa kontitulari tal-Madonna tas-Sokkors iccelebrata f’Kercem, il-festa titulari ta’ Santa Margerita VM fil-Parrocca tas-Sannat, il-festa ta’ San Guzepp fil-Qala, il-festa ta’ San Lawrenz fil-parrocca li ggib ismu, il-festa ta’ Santa Marija ccelebrata fil-parrocca tal-Katidral, il-festa ta’ Santa Marija fiz-Zebbug u l-festa titulari tal-Madonna ta’ Loreto fil-parrocca ta’ Ghajnsielem. Il-qofol ta’ dawn is-servizzi ntlahaq permezz tal-Programm Vokali u Strumentali li s-Socjeta’ tellghet nhar l-4 ta’ Settembru u li fih tfakkar l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kor Nativitas.

Il-membri ta’ dan il-Kor kienu wkoll impenjati mhux hazin f’dan is-Sajf permezz ta’ diversi servizzi li huma kellhom f’numru ta’ knejjes Ghawdxin – fosthom is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu (l-Erbghat ta’ Santa Marija) u l-Knisja ta’ San Pawl f’Marsalforn (Kwaranturi Solenni). Ma’ dawn, wiehed irid izid is-sessjonijiet kollha ta’ recording li saru biex stajna nniedu c-CD il-gdid “Infahhruk bil-Kant”. Kien ghalhekk misthoqq li l-Kumitat jirrikonoxxi x-xoghol kollu li sar sew mill-bandisti u anke mill-koristi u joffri ikla bhala sens ta’ radd il-hajr lilhom ghas-sehem taghhom biex isem is-Socjeta’ taghna jibqa’ jinzamm fuq wicc l-idejn.

Bhal kull attivita’ socjali ohra, l-ikla serviet biex il-membri tal-Kor setghu jinghaqdu flimkien f’ambjent differenti mis-soltu u jsiru jafu aktar lil xulxin. Minn qalbna, nirringrazzjaw lill-Kumitat Centrali tax-xoghol volontarju kollu li jaghmel b’rizq il-Kazin u b’rizq il-Banda taghna u talli offrielna din l-ikla bhala rigal tas-sehem li naghtu matul is-sena. Grazzi mill-gdid!!

No comments:

Post a Comment