Dan il-Kor twaqqaf fis-16 ta' April 1999 u sal-lum ghadu jaghti s-servizz tieghu f'diversi celebrazzjonijiet liturgici f'numru sabih ta' Knejjes Ghawdxin. Id-Direttur muzikali u l-organista ufficjali tal-Kor huwa s-Sur Ivan Attard A.MusTCL. L-e-mail taghna huwa kornativitas@gmail.com. Ghal aktar informazzjoni, cemplu fuq 21 556835.
Friday, 30 April 2010
Servizzi tal-Kor Nativitas matul ix-xahar ta' Mejju 2010
Il-Kor Nativitas jiehu sehem fil-Festa sekondarja ta’ San Guzepp iccelebrata fil-parrocca tax-Xaghra
Ghal din l-okkazjoni, il-Kor interpreta l-Missa Cantate Domino ta’ Giuseppe Oltrasi flimkien mal-innijiet religjuzi ‘Lil San Guzepp, Kompatrun tal-Parrocca tax-Xaghra’, ‘Noffrulek Mulej’, ‘Kull Hin Imbierek Ismu’ flimkien mas-Salm Responsorjali u l-akklamazzjoni ghat-talbiet ta’ intercessjoni li nqraw wara l-Evangelju. Il-funzjoni ntemmet bil-Kant tal-Antifona ‘Exsurgens Josef’ u Celebrazzjoni Ewkaristika.
Il-Kor Nativitas jippartecipa fic-celebrazzjonijiet marbuta ma' Jum ix-Xaghra
Waqt din is-serata, inghata l-unur ‘GIEH IX-XAGHRA 2010’. Dan il-gieh jinghata kull sena mill-Kunsill Lokali lil xi persuna mix-Xaghra li tkun iddistingwiet ruhha b’hidma favur il-lokalita’. Din is-sena, ix-xorti messet lis-Surmast Emeritus Mro. Joseph Camilleri A.MusLCM li ghal diversi snin kien Surmast Direttur tal-Banda Victory. Ghal din l-okkazjoni, il-Kor Nativitas interpreta siltiet muzikali mill-musical popolari ‘The Sound of Music’, l-innu tal-Banda Victory u l-innu Nazzjonali taghna.
Nirringrazzjaw lill-Kunsill Lokali Xaghra ghal din l-istedina li ghamlilna.
Sunday, 18 April 2010
Il-Kor Nativitas b'aktar impenji matul ix-xahar ta' April
Is-Sibt 24 ta' April 2010:
Mit-7.45pm 'il quddiem: Il-Kor Nativitas flimkien mas-Socjeta' Filarmonika Victory ser jesegwixxu diversi siltiet muzikali waqt Kuncert kommemorattiv li ser isir f'Misrah il-Vitorja biex ifakkar Jum il-Lokalita'. Dan il-Kuncert qed ikun ikkummissjonat mill-Kunsill Lokali Xaghra. Waqt dan il-programm muzikali, il-Kor ser ikanta siltiet mill-musical popolari Sound of Music u innijiet popolari.
L-Erbgha 28 ta' April 2010: Tifkira tat-322 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parrocca tax-Xaghra u l-Ewwel Jum tat-Tridu tal-Festa Sekondarja ta' San Guzepp.
7.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni bl-ewwel omelija dwar il-virtujiet ta' San Guzepp u b'radd il-hajr lil Alla f'dan l-anniversarju sinifikanti.
Wara, tinghad il-Kurunella lil San Guzepp, titkanta l-Antifona Exsurgens Josef u tinghata l-Barka Sagramentali.
Inheggukom sabiex tinghaqdu maghna f'dawn iz-zewg servizzi li ser isiru fil-parrocca tax-Xaghra fil-jiem li gejjin. Grazzi tal-interess taghkom fl-attivitajiet taghna.
Thursday, 15 April 2010
L-Anniversarju mit-Twaqqif tal-Kor Nativitas
Nhar il-Gimgha 16 ta’ April 2010, il-Kor Nativitas ifakkar il-hdax-il anniversarju mit-twaqqif tieghu.
Kienet is-sena 1999 li rat it-twaqqif ta’ dan il-Kor fi hdan is-Socjeta’ Filarmonika Victory tax-Xaghra – Kor li baqa’ dejjem miexi ‘l quddiem u qed izid fin-numru ta’ servizzi li jaghti mhux biss f’diversi Knejjes Ghawdxin imma anke f’numru ta’ attivitajiet kulturali. Minn qalbna, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li matul dawn il-hdax-il sena kienu nvoluti fit-tmexxija ta’ dan il-Kor u lil dawk li b’xi mod jew iehor taw l-ghajnuna taghhom biex il-Kor seta’ jizviluppa f’wiehed stabbilit.
Tislima wkoll lis-Sur Michael Cini li kien il-fundatur ta’ dan il-Kor u lill-membri tal-Kumitat Centrali tas-Socjeta’ taghna li matul iz-zmien hadmu id f’id mad-direzzjoni tal-Kor biex intlahaq is-success mixtieq.
Grazzi lil kulhadd u nheggukom sabiex tkomplu ssostnuna bil-prezenza taghkom waqt is-servizzi taghna!
Monday, 12 April 2010
Iccelebra l-Festa tal-Hniena Divina… Il-Kor Nativitas jippartecipa!
Din hija Festa li riedha Gesu’ innifsu skont kif insibu miktub fid-djarju tas-soru Pollakka Santa Fawstina Kowalska li kellha numru ta’ vizjonijiet smewwija. Il-messagg li twassal f’dawn id-dehriet huwa wiehed li l-Knisja dejjem ghallmet, jigifieri li l-Mulej Gesu’ huwa ta’ hniena bla qies. Sa minn qabel il-mewt ta’ Swor Fawstina fl-1938, id-devozzjoni lejn il-Hniena Divina kienet diga’ xterdet fil-Polonja u bdiet titfakkar bhala festa mhux biss fil-Polonja imma wkoll fil-Vatikan. Madankollu, kien il-Q.T. Papa Gwanni Pawlu II li estenda din ic-celebrazzjoni ghall-Knisja kollha. Dan gara waqt il-Quddiesa tal-Kanonizazzjoni ta’ Swor Fawstina nhar il-Hadd 30 ta’ April, 2000.
Il-Kor Nativitas iccelebra din il-Festa ghaziza flimkien mal-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria . Fl-4.30pm saret l-Adorazzjoni Ewkaristika li ghalqet bil-Benedizzjoni Sagramentali. Fil-5.00pm bdiet Quddiesa Solenni bil-prietka tal-okkazjoni. Fost l-innijiet li gew esegwiti, kien hemm l-‘Innu ta’ Santa Fawstina’, kliem u muzika tas-Sur Joe Aquilina.
L-impenji tal-Kor ikomplu matul dan ix-xahar… Aktar dettalji jinghataw fil-gimghat li gejjin.
Sunday, 4 April 2010
Kristu Rxoxta u Qam Rebbieh… Hallelujah! Il-Kor Nativitas jiccelebra l-Ghid il-Kbir mal-Komunita’ tal-Frangiskani fir-Rabat Ghawdex
Hija funzjoni mill-aktar elaborata tant li tista’ titqies bhala l-itwal u l-aktar celebrazzjoni liturgikament rikka li ghandha l-Knisja. Il-funzjoni, li kienet immexxija mill-Gwardjan Rev. Patri George Attard, bdiet bit-tberik tan-nar il-gdid li thejja fuq iz-zuntier tal-Knisja u l-mixeghla u l-intronizzazzjoni tal-Blandun li huwa simbolu ta’ Kristu Rxoxt. Sar il-Kant Solenni tat-Thabbira tal-Ghid mill-bibblista maghruf Patri Egidio Mizzi OFM Konv., segwit mill-qari ta’ seba’ lezzjonijiet mit-Testment il-Qadim. F’dan il-mument, il-Kor Nativitas kanta r-ritornelli tas-salmi responsorjali u fil-kaz tat-tielet u l-hames lezzjonijiet, sar il-kant tas-salm kollu. Dawn huma salmi mill-aktar sbieh li jesprimu l-ghatx tal-poplu t’Alla ghall-wasla tal-Feddej Divin. Sar il-Kant tal-Gloria in Excelsis Deo filwaqt li l-qniepen tal-knisja, li kienu ilhom siekta minn nhar il-Hamis filghaxija, hallew ilsienhom u daqqew mota ta’ ferh li dwiet mal-belt kollha. Il-Quddiesa tkompliet bil-Liturgija tal-Maghmudija u finalment il-Liturgija tal-Ewkaristija. Il-Kor interpreta numru sabiha ta’ innijiet liturgici marbuta ma’ kull rit li sar waqt din il-Koncelebrazzjoni tal-Lejl tal-Ghid. Hadet sehem ukoll is-Sopran Ghawdxija Rosabelle Pavia li interpretat l-innu ‘Ha Nersqu LejH’ waqt it-Tqarbin.
Il-Kor Nativitas kompla jaqsam il-ferh tal-Ghid mal-Komunita’ tal-Patrijiet Frangiskani billi llum il-Hadd 4 ta’ April anima l-Koncelebrazzjoni tad-9.30am. Minn qalbna, nirringrazzjaw lill-koristi kollha ghall-impenn u d-dedikazzjoni taghhom matul dawn il-funzjonijiet sbieh tal-Gimgha Mqaddsa. Nghidu grazzi wkoll lill-Komunita' tal-Frangiskani ghall-istedina li ghogobhom jaghmlulna.
L-appuntament li jmiss huwa ghal nhar il-Hadd 11 ta’ April meta l-Kor Nativitas ser janima l-Koncelebrazzjoni Solenni li tfakkar il-Festa tal-Hniena Divina fil-Knisja ta’ San Frangisk. Is-servizz jibda fil-5.00pm.
Saturday, 3 April 2010
Il-Kor Nativitas janima l-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib
Il-Kor Nativitas anima din l-Azzjoni Liturgika fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria. Ic-celebrazzjoni kienet immexxija mill-W.R. Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita’, flimkien ma’ Patri Egidju Mizzi u Patri Joseph Xerri. L-innijiet liturgici li gew esegwiti kienu l-versett tas-Salm Responsorjali, Poplu tieghi, Innu lis-Salib Imqaddes ta’ Kristu, Ahfirli Gesu’ u O Gesu’ tal-Akbar Hniena waqt il-mumenti principali ta’ din il-funzjoni jigifieri l-Adorazzjoni tas-Salib u t-Tqarbin Imqaddes.
Aktar tard wara nofsinhar, il-Banda Victory tax-Xaghra akkumpanjat il-purcissjoni-pageant tal-Gimgha l-Kbira li harget mill-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina. Kif kien mistenni f’temp mill-isbah, folol kbar ta’ nies Ghawdxin, Maltin u sahansitra barranin attendew ghal din il-manifestazzjoni pubblika ta’ fidi f’gieh Kristu mejjet. Il-Banda daqqet numru ta’ marci mic-CD il-gdida li ghadha kemm harget din is-sena bl-isem ‘Hakeldema’ (Ghalqa tad-Demm). Il-marci huma miktubin mill-pinna ta’ diversi surmastrijiet b’isem stabbilit fosthom Antoine Mercieca, Joseph Galea (Surmast Direttur), Antonio Miruzzi, Vincenzo Ciappara, Carlo Diacono, Giuseppe Giardini Vella, Pawlu Miruzzi, Guzeppi Spiteri, Antonio Micallef u Mikiel Farrugia.
L-appuntament tal-Kor ghal servizzi iehor huwa propju f’Sibt il-Ghid fit-8.00pm meta mal-Knisja Kattolika mxerrda mad-dinja nishru u nistennew b’tama qaddisa l-Qawmien tal-Mulej mill-Mewt u r-Rebha setghana tieghU fuq id-dnub u l-mewt!
Friday, 2 April 2010
JUM IL-GIMGHA L-KBIRA
3.00pm: Azzjoni Liturgika tal-Adorazzjoni tas-Salib Imqaddes fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria). Janima l-Kor Nativitas.
6.00pm: Purcissjoni-pageant tal-Gimgha l-Kbira mill-Knisja Kolleggjata u Bazilika ta' Marija Bambina bis-sehem tal-W.R. Kapitlu u Kleru tal-Parrocca. Takkumpanja l-Banda Victory li ddoqq marci funebri.
Jinfetah it-Tridu Paskwali bi thejjija ghas-Solennita' tal-Ghid il-Kbir
Din is-sena, il-Kor Nativitas gie mistieden mill-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria sabiex janima l-Liturgija Solenni tat-Tridu tal-Ghid il-Kbir fil-Knisja taghhom. Il-funzjoni ta’ Hamis ix-Xirka saret nhar l-1 ta’ April 2010 u bdiet fis-6.30pm. Waqt il-kant tal-Glorja, indaqqu l-qniepen li issa jibqghu siekta u ma jindaqqux sal-Glorja ta’ Sibt il-Ghid. Wara li saret l-omelija mir-Reverendu Patri Gwardjan, saret ic-cerimonja simbolika tal-hasil tar-riglejn u l-Liturgija Ewkaristika kompliet bhas-soltu. Wara li saret it-talba ta’ wara t-Tqarbin, Gesu’ Sagramentat ittiehed b’mod solenni mill-Altar Maggur ghall-Altar tar-Repozizzjoni fejn jibqa’ ghall-venerazzjoni tal-insara sal-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib f’jum il-Gimgha l-Kbira.
Il-Kor Nativitas esegwixxa dawn l-innijiet: ‘Gbartna flimkien Mulej’ (introjtu), il-Messa Pastorale ta’ Mro. Nazzareno Refalo, is-salm responsorjali kantat, ‘Ubi Caritas’ (waqt il-hasil tar-riglejn), ‘Fejn Issib l-Imhabba w l-Ghozza’ (Offertorju), ‘Salvana Int’ (akklamazzjoni wara l-Konsagrazzjoni), ‘Missierna’, ‘Waslet is-Siegha’ (Tqarbin) u ‘Aghti Lsien’ (waqt il-Purcissjoni Ewkaristika fi tmiem il-Quddiesa).
Il-Kor Nativitas ikanta waqt ic-Celebrazzjoni Penitenzjali fil-Bazilika tax-Xaghra
Kif isir ta’ kull sena, nhar it-Tlieta tal-Gimgha Mqaddsa, tigi organizzata laqgha importanti ta’ talb ghal dawk kollha li jippartecipaw f’din il-purcissjoni. Ghaldaqstant, din is-sena, din l-attivita’ saret nhar it-Tlieta 30 ta’ Marzu. Il-Kor Nativitas, akkumpanjat minn grupp ta’ kitarristi immexxija minn Silvana Agius, anima l-kant waqt din ic-celebrazzjoni penitenzjali li bdiet fis-7.00pm u ntemmet ghall-habta tat-8.00pm u kienet segwita bi struzzjonijiet u direttivi lil dawk prezenti mill-membri tal-Kumitat Festi tal-Ghid.