
Il-Kor Nativitas anima din l-Azzjoni Liturgika fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani Konventwali tal-Belt Victoria. Ic-celebrazzjoni kienet immexxija mill-W.R. Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita’, flimkien ma’ Patri Egidju Mizzi u Patri Joseph Xerri. L-innijiet liturgici li gew esegwiti kienu l-versett tas-Salm Responsorjali, Poplu tieghi, Innu lis-Salib Imqaddes ta’ Kristu, Ahfirli Gesu’ u O Gesu’ tal-Akbar Hniena waqt il-mumenti principali ta’ din il-funzjoni jigifieri l-Adorazzjoni tas-Salib u t-Tqarbin Imqaddes.
Aktar tard wara nofsinhar, il-Banda Victory tax-Xaghra akkumpanjat il-purcissjoni-pageant tal-Gimgha l-Kbira li harget mill-Knisja Bazilika ta’ Marija Bambina. Kif kien mistenni f’temp mill-isbah, folol kbar ta’ nies Ghawdxin, Maltin u sahansitra barranin attendew ghal din il-manifestazzjoni pubblika ta’ fidi f’gieh Kristu mejjet. Il-Banda daqqet numru ta’ marci mic-CD il-gdida li ghadha kemm harget din is-sena bl-isem ‘Hakeldema’ (Ghalqa tad-Demm). Il-marci huma miktubin mill-pinna ta’ diversi surmastrijiet b’isem stabbilit fosthom Antoine Mercieca, Joseph Galea (Surmast Direttur), Antonio Miruzzi, Vincenzo Ciappara, Carlo Diacono, Giuseppe Giardini Vella, Pawlu Miruzzi, Guzeppi Spiteri, Antonio Micallef u Mikiel Farrugia.
L-appuntament tal-Kor ghal servizzi iehor huwa propju f’Sibt il-Ghid fit-8.00pm meta mal-Knisja Kattolika mxerrda mad-dinja nishru u nistennew b’tama qaddisa l-Qawmien tal-Mulej mill-Mewt u r-Rebha setghana tieghU fuq id-dnub u l-mewt!
No comments:
Post a Comment