Sunday 18 April 2010

Il-Kor Nativitas b'aktar impenji matul ix-xahar ta' April

Il-Kor Nativitas ser ikompli bl-impenji tieghu matul dan ix-xahar b'zewg servizzi importanti fix-Xaghra nhar is-Sibt 24 u l-Erbgha 28 ta' April 2010. Is-servizzi huma kif gej:

Is-Sibt 24 ta' April 2010:
Mit-7.45pm 'il quddiem: Il-Kor Nativitas flimkien mas-Socjeta' Filarmonika Victory ser jesegwixxu diversi siltiet muzikali waqt Kuncert kommemorattiv li ser isir f'Misrah il-Vitorja biex ifakkar Jum il-Lokalita'. Dan il-Kuncert qed ikun ikkummissjonat mill-Kunsill Lokali Xaghra. Waqt dan il-programm muzikali, il-Kor ser ikanta siltiet mill-musical popolari Sound of Music u innijiet popolari.

L-Erbgha 28 ta' April 2010: Tifkira tat-322 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parrocca tax-Xaghra u l-Ewwel Jum tat-Tridu tal-Festa Sekondarja ta' San Guzepp.
7.00pm: Koncelebrazzjoni Solenni bl-ewwel omelija dwar il-virtujiet ta' San Guzepp u b'radd il-hajr lil Alla f'dan l-anniversarju sinifikanti.
Wara, tinghad il-Kurunella lil San Guzepp, titkanta l-Antifona Exsurgens Josef u tinghata l-Barka Sagramentali.

Inheggukom sabiex tinghaqdu maghna f'dawn iz-zewg servizzi li ser isiru fil-parrocca tax-Xaghra fil-jiem li gejjin. Grazzi tal-interess taghkom fl-attivitajiet taghna.


No comments:

Post a Comment