Friday, 2 April 2010

Jinfetah it-Tridu Paskwali bi thejjija ghas-Solennita' tal-Ghid il-Kbir


Nhar Hamis ix-Xirka filghaxija, il-Knisja Kattolika ticcelebra l-Ahhar Ikla tal-Mulej u taghti bidu ghall-aktar tlett ijiem solenni u importanti fis-Sena Liturgika. Il-Quddiesa tal-‘Ahhar Cena’ hija l-unika Quddiesa li tigi ccelebrata fil-Knejjes kollha tad-dinja matul din il-gurnata peress li filghodu, tigi ccelebrata Quddiesa wahda biss f’kull Djocesi. Din ic-celebrazzjoni tinzamm fil-Knisja Katidrali u tkun immexxija mill-Isqof tal-post – matulha s-sacerdoti jgeddu l-weghdiet li kienu ghamlu f’jum l-Ordinazzjoni taghhom filwaqt li l-Isqof ibierek iz-Zejt tal-Grizma tal-Morda u tal-Konsagrazzjoni tal-Katekumeni u jikkonsagra z-Zejt tal-Grizma li jintuza fl-amministrazzjoni tas-Sagrament tal-Konfirmazzjoni u tal-Ordni Sagri.

Din is-sena, il-Kor Nativitas gie mistieden mill-Komunita’ Frangiskana tal-Belt Victoria sabiex janima l-Liturgija Solenni tat-Tridu tal-Ghid il-Kbir fil-Knisja taghhom. Il-funzjoni ta’ Hamis ix-Xirka saret nhar l-1 ta’ April 2010 u bdiet fis-6.30pm. Waqt il-kant tal-Glorja, indaqqu l-qniepen li issa jibqghu siekta u ma jindaqqux sal-Glorja ta’ Sibt il-Ghid. Wara li saret l-omelija mir-Reverendu Patri Gwardjan, saret ic-cerimonja simbolika tal-hasil tar-riglejn u l-Liturgija Ewkaristika kompliet bhas-soltu. Wara li saret it-talba ta’ wara t-Tqarbin, Gesu’ Sagramentat ittiehed b’mod solenni mill-Altar Maggur ghall-Altar tar-Repozizzjoni fejn jibqa’ ghall-venerazzjoni tal-insara sal-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib f’jum il-Gimgha l-Kbira.

Il-Kor Nativitas esegwixxa dawn l-innijiet: ‘Gbartna flimkien Mulej’ (introjtu), il-Messa Pastorale ta’ Mro. Nazzareno Refalo, is-salm responsorjali kantat, ‘Ubi Caritas’ (waqt il-hasil tar-riglejn), ‘Fejn Issib l-Imhabba w l-Ghozza’ (Offertorju), ‘Salvana Int’ (akklamazzjoni wara l-Konsagrazzjoni), ‘Missierna’, ‘Waslet is-Siegha’ (Tqarbin) u ‘Aghti Lsien’ (waqt il-Purcissjoni Ewkaristika fi tmiem il-Quddiesa).



No comments:

Post a Comment