Ghall-parrocca tax-Xaghra, it-tmiem ta’ sena u l-bidu ta’ ohra gdida huwa iccentrat madwar Gesu’ Ewkaristija fic-celebrazzjoni tal-Kwaranturi Mqaddsa. Din hija devozzjoni antika hafna li kienet tikkonsisti f’erbghin siegha ta’ Adorazzjoni Ewkaristika kontinwa (lejl u nhar) quddiem Gesu’ Sagramentat Espost. Illum, din l-Adorazzjoni qed tkun mifruxa fuq tlett ijiem li jigu fi tmiemhom permezz ta’ Purcissjoni Ewkaristika mat-toroq principali tal-parrocca. Kull gurnata ta’ thejjija ghall-jum tal-purcissjoni tintemm b’Quddiesa Solenni li matulha jsir hsieb dwar l-Ewkaristija.
Il-Kor Nativitas gie mistieden sabiex jippartecipa fil-Quddiesa ta’ l-Ewwel Jum tal-Kwaranturi li gie ccelebrat nhar l-Erbgha 30 ta’ Dicembru 2009. Qabel bdiet il-Quddiesa, kantajna flimkien is-salmi u nghatat il-Barka Sagramentali. Il-Koncelebrazzjoni tmexxiet mill-W.R. Kan. Dun Michael Galea, li fil-prezent huwa l-Assistent Direttur ta’ l-Arka Respite Centre. Il-Kor esegwixxa l-Missa Cantate Dominum u diversi innijiet marbuta ma’ Zmien il-Milied u ma’ l-Ewkaristija, fosthom ‘Ningabru Nsara’, ‘Ave Verum Corpus’, ‘Il-Hobz tal-Hajja’ u ‘Joy to the World'.

No comments:
Post a Comment