Tuesday, 8 December 2009

Isir l-Irtir ta' l-Avvent ghall-membri tal-Kor Nativitas

Hija prassi li fi zmien l-Avvent u zmien ir-Randan, isiru zewg irtiri spiritwali ghall-membri kollha tal-Kor Nativitas bil-ghan li jghinhom fil-formazzjoni taghhom. L-irtir ta' l-Avvent 2009 sar nhar it-Tlieta 8 ta' Dicembru, Solennita' ta' l-Immakulata Kuncizzjoni, fil-kappella ta' Marija Annunzjata fil-limiti ta' Kercem u ghalih attendew numru sabih ta' koristi regolari.


Dan il-mument ta' riflessjoni personali beda fis-2.00pm permezz tat-talb tas-salmi. L-irtir tmexxa mill-W.R. Dun Michael Curmi, Vici Rettur tas-Seminarju Magguri tal-Qalb ta' Gesu' u l-ewwel Direttur muzikali tal-Kor Nativitas. Waqt it-talk li ghamel, Dun Michael tkellem dwar is-sinifikat ta' zmien l-Avvent u l-htiega li ma nhallux iz-zmien ghaddej minghajr ma nkunu hejjejna ruhna dejjem aktar ghat-tieni migja ta' Kristu li hija mhabbra fl-Iskrittura Mqaddsa. Huwa wkoll ghamel meditazzjoni dwar il-Vergni Marija fil-mument tat-Thabbira ta' l-Anglu - xena mpittra tant tajjeb mill-Kavallier Fra Luca Garnier fil-kwadru titulari tal-kappella. Bejn it-3.30pm u l-4.00pm, il-membri tal-Kor kellhom il-possibilita' li jiltaqghu mar-Rettur tal-Kappella, il-W.R. Mons. Carmelo Borg, li tana ftit taghrif storiku dwar din il-knisja helwa. Kien hemm ukoll opportunita' ta' mixja fil-kampanja ta' l-inhawi.
Fl-4.10pm, il-membri tal-Kor ingabru quddiem Gesu' Sagramentat Espost u, flimkien mal-komunita' li tattendi b'mod regolari ghall-Quddies li jigi ccelebrat f'din il-Knisja, irrecitaw it-talba tar-Ruzarju Mqaddes f'din il-festa ghaziza tal-Madonna. Fl-4.30pm saret il-Quddiesa kantata li tmexxiet mir-Rettur tal-Kappella bis-sehem tal-grupp tal-kitarri fi hdan l-istess Kor u li ghalqet bic-cerimonja tat-tberik ta' xbieha helwa tal-Kuncizzjoni li tpoggiet ricentament fid-dahla tal-kappella.


Nixtiequ nirringrazzjaw minn qalbna lil Mons. Carmelo Borg, Rettur tal-Knisja, ghall-akkoljenza tieghu u lil Dun Michael Curmi li ghogbu jigi fostna biex jaqsam ftit hsibijiet spiritwali maghna. Mumenti bhal dawn jghinu lill-koristi jikbru spiritwalment fil-hajja mghaggla u sekulari ta' zmienna. Ritratti ta' din l-attivita' jittellghu fuq dan is-sit fil-jiem li gejjin.



No comments:

Post a Comment