Ghall-hames sena konsekuttiva, il-Kor Nativitas gie mistieden mir-Rettur tas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu sabiex janima l-Liturgija Solenni li tfakkar it-Twelid tas-Salvatur taghna Sidna Gesu' Kristu fil-Lejl Qaddis tal-Milied. Ic-celebrazzjoni solenni li saret nhar il-Hamis 24 ta' Dicembru bdiet ghall-habta tal-11.00pm permezz tal-Carol Singing - waqt dan is-servizz, il-Kor interpreta diversi ghanjiet popolari u tradizzjonali marbuta ma' Zmien il-Milied, fosthom Joy to the World, Noel Noel, Mary's Boy Child, When a Child is Born, u t-tahnina Ninni La Tibkix Izjed. Fl-ahharnett, l-organista Ivan Attard daqq is-'Sinfonia Pastorale', muzika tas-Surmast Emmanuel Galea.
Fil-11.30pm bdiet hierga l-Purcissjoni Solenni bix-xbieha ta' Gesu' Bambin mis-sagristija tas-Santwarju ghal fuq l-Artal Maggur tal-Bazilika - il-purcissjoni kienet immexxija mill-E.T. Mons. Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus tad-Djocesi ta' Ghawdex flimkien mar-Rettur il-W.R. Dun Gerard Buhagiar u l-W.R. Dun Edward Vella. L-istatwa tal-Bambin tpoggiet fil-post imhejji ghaliha taht l-artal-mejda u inghata bidu ghall-prietka tradizzjonali tat-tifel. Sar ukoll il-Kant ta' l-Ufficcju tal-Qari tal-Milied bis-salmi jkunu alternati bejn il-Kor u l-kongregazzjoni numeruza li ngabret ghal din il-funzjoni. F'nofsillejl, l-E.T. Mons. Isqof Cauchi intona l-Innu 'Gloria in Excelsis Deo' u beda l-Pontifikal Solenni.
Waqt din il-Koncelebrazzjoni, giet esegwita l-Missa Cantate Dominum ta' Mro. Giuseppe Oltrasi flimkien ma' diversi innijiet tal-Milied, fosthom Ningabru Insara, Alleluia Pastorale, O Holy Night (kantata mill-mezzo-sopran u Direttrici tal-Kor, Silvana Agius), O Lejl ta' Skiet u Twieled Fostna l-Mulej. Biex tintwera b'mod aktar car l-universalita' tas-Solennita' tal-lum, l-innu O Lejl ta' Skiet gie kantat b'diversi lingwi minn numru ta' solisti tal-Kor - Analise Said, Rowena Formosa, Mikaela Bajada u Thelesa Azzopardi. Ic-celebrazzjoni intemmet ghall-habta tas-1.00am. Nistghu nghidu b'sodisfazzjon li dan is-servizz intlaqa' tajjeb hafna mir-Rettur Dun Gerard Buhagiar u minn dawk kollha prezenti - dan jawgura tajjeb hafna ghal servizzi simili fil-futur!
Intant, dalghodu, Jum il-Milied Imqaddes, il-Kor Nativitas anima l-Koncelebrazzjoni Solenni fil-Knisja ta' San Frangisk (Belt Victoria). Fid-9.15am il-Kor ta servizz ta' ghanjiet tradizzjonali u popolari tal-Milied fil-Knisja. Fid-9.30am bdiet il-Quddiesa kantata li tmexxiet mill-W.R. Patri George Attard OFM Konv., Gwardjan tal-Komunita' Frangiskana. Servizzi simili fil-Knisja ta' San Frangisk ser ikunu fil-Festa tal-Familja Mqaddsa ta' Nazaret, l-Ahhar Jum tas-Sena Civili, is-Solennita' ta' Marija Omm Alla u s-Solennita' tal-Epifanija tal-Mulej.
MINN QALBNA, NIXTIEQU NAWGURAW IL-KUMPLAMENT TAL-FESTI T-TAJBA LILL-AMMIRATURI KOLLHA TAGHNA U LIL DAWK LI JSEGWU DAN IS-SIT ELETTRONIKU! JALLA GESU' BAMBIN JIMLA' LIL QLUBKOM FIL-FERH GENWIN LI JIBQA' JAKKUMPANJAKOM MATUL IS-SENA LI GEJJA!
No comments:
Post a Comment